Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский Page contents Page contents Aċċess għas-suq tax-xogħol Jenħtieġ li l-persuni bi protezzjoni temporanja u dawk li jirċievu protezzjoni adegwata skont il-liġi nazzjonali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet fejn jiġu impjegati jew ta’ impjieg indipendenti. Huma għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal taħriġ vokazzjonali u jgawdu minn trattament ugwali bħall-ħaddiema fl-Istati Membri, f’termini ta’ paga u kundizzjonijiet oħrajn. Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem ma’ atturi differenti, inklużi l-awtoritajiet Ukreni u d-dijaspora, biex tiżgura l-integrazzjoni rapida u effettiva tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja fis-suq tax-xogħol. Kif imfakkar fil-gwida ta’ għajnuna għan-nies li qed jaħarbu mill-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna biex jaċċessaw l-impjiegi, it-taħriġ u t-tagħlim għall-adulti, hemm diversi għodod disponibbli fil-livell tal-UE biex jappoġġjaw dan.Issa jistgħu jqabblu l-ħiliet tagħhom mal-postijiet tax-xogħol battala bis-saħħa tal-proġett pilota tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE li l-Kummissjoni nediet flimkien mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. Barra minn hekk, jistgħu jiksbu ħiliet fil-lingwi u ħiliet diġitali bażiċi ġodda permezz tan-networks fil-Patt għall-Ħiliet.Il-lingwa Ukrena żdiedet mal-Għodda tal-UE għall-Profil tal-Ħiliet għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex tgħin lill-Ukreni li qed ifittxu impjieg u lil dawk li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom. Wara li l-Kummissjoni ppubblikat rakkomandazzjoni u rapport ta’ tqabbil biex tiffaċilita r-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali li jkunu nkisbu fl-Ukrajna, issa hu aktar faċli għall-impjegaturi u għall-istituzzjonijiet tat-taħriġ biex jifhmu l-ħiliet tal-Ukreni li jaslu fl-UE. Il-Kummissjoni waqqfet ċentru ta’ riżorsi biex jgħin kemm lill-Ukreni li qed ifittxu l-għajnuna biex il-kwalifiki tagħhom jiġu rikonoxxuti kif ukoll lil oħrajn li għandhom bżonn l-għajnuna fl-interpretazzjoni tagħhom. Hi qabblet ukoll l-Oqfsa tal-Kwalifiki tal-Ukrajna u Ewropej flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Istati Membri tal-UE.Il-Kummissjoni tkompli tappoġġja lis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi fl-Istati Membri li għandhom rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol biex isir l-aħjar użu mill-ħiliet ta’ dawk il-persuni li jkunu għadhom kif waslu.Hi tipprovdi wkoll appoġġ għal miżuri bħal kollokamenti f’impjieg, korsijiet tal-lingwa, konsulenza, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, permezz ta’ diversi fondi tal-UE. Riżerva ta’ Talent tal-UE Il-Kummissjoni nediet Riżerva ta’ Talent tal-UE bbażata fuq l-internet biex tgħin lin-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja jsibu impjieg fl-UE.Il-proġett pilota tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE, disponibbli bl-Ingliż, bl-Ukren u bir-Russu, hu implimentat permezz tal-portal tal-EURES. Dan jiġbor flimkien is-servizzi nazzjonali tal-impjiegi, l-aġenziji privati tal-impjiegi u l-impjegaturi madwar l-UE. L-EURES fih aktar minn 3 miljun post tax-xogħol vakanti u 4,000 impjegatur, u impjegaturi ġodda huma mistiedna jissieħbu fih.Il-proġett pilota tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE hu miftuħ għal dawk kollha li qed ifittxu impjieg li jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja skont id-Direttiva tal-UE dwar il-Protezzjoni Temporanja, jew protezzjoni adegwata skont il-liġi nazzjonali li tipprovdilhom id-dritt għax-xogħol.Wara r-reġistrazzjoni, l-għodda tiggwida lil dawk li qed ifittxu impjieg fil-proċess fejn jistgħu jidentifikaw il-ħiliet li għandhom u jtellgħu s-CV tagħhom. Is-CVs ippubblikati fil-proġett pilota tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE se jkunu viżibbli għas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-pajjiżi parteċipanti kollha kif ukoll tal-impjegaturi rreġistrati fil-pajjiżi kollha li huma parti min-network Ewropew ta’ kooperazzjoni tas-servizzi tal-impjiegi (EURES). Dawk li qed ifittxu impjieg jistgħu wkoll jibbrawżjaw il-postijiet tal-impjieg vakanti kollha ppubblikati fuq il-portal tal-EURES.Riżerva ta’ Talent tal-UE Informazzjoni mill-ministeri nazzjonali u l-aġenziji tal-impjiegi L-AwstrijaIs-Servizz Pubbliku tal-ImpjiegIl-BelġjuActirisIs-Servizz Fjamming għall-Impjiegi u t-Taħriġ Vokazzjonali (VDAB)Is-Servizz tal-impjiegi u t-taħriġ tal-komunità li titkellem bil-Ġermaniż tal-BelġjuIs-Servizz pubbliku tal-impjieg u t-taħriġ vokazzjonali fil-WallonjaIl-BulgarijaL-Aġenzija tal-ImpjiegiIl-KroazjaIs-Servizz tal-impjiegiIr-Repubblika ĊekaIs-Servizz tal-ImpjiegiId-DanimarkaL-Aġenzija Daniża għas-Suq tax-Xogħol u r-Reklutaġġ L-EstonjaIl-Fond Estonjan għall-Qgħad u l-AssigurazzjoniIl-FinlandjaIs-Suq tax-Xogħol tal-FinlandjaFranzaIċ-Ċentru tal-ImpjiegiIl-GreċjaIl-Ministeru għax-Xogħol u l-Affarijiet SoċjaliIl-Ministeru għall-Migrazzjoni u l-AżilL-UngerijaIs-Servizz Nazzjonali tal-QgħadId-Direttorat Ġenerali għall-Monitoraġġ tal-BarraninL-IrlandaL-impjiegi u l-impjiegi indipendentiIs-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni SoċjaliL-Appoġġ SoċjaliL-ItaljaIl-Ministeru għax-Xogħol u l-Politika SoċjaliIl-Ministeru għall-Intern Il-LatvjaL-Aġenzija Statali għall-ImpjiegiIl-LitwanjaIs-Servizz tal-ImpjiegiIl-LussemburguL-Aġenzija għall-Iżvilupp tal-ImpjiegiMaltaIl-Ministeru għall-Affarijiet InterniIn-NetherlandsL-Aġenzija tal-Assigurazzjoni tal-ImpjegatiIl-PolonjaIl-Ministeru għall-Familja u l-Politika SoċjaliIl-PortugallL-Istitut tal-Impjiegi u t-TaħriġIr-RumanijaL-Aġenzija tal-ImpjiegiIs-SlovakkjaL-Uffiċċju Ċentrali tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-FamiljaIs-SlovenjaIs-Servizz tal-ImpjiegiSpanjaIl-Ministeru għall-Inklużjoni, is-Sigurtà Soċjali u l-MigrazzjoniL-IżvezjaIs-Servizz Pubbliku tal-Impjieg Aktar informazzjoni prattikaKif tipprepara biex titlaq mill-UkrajnaIvvjaġġar fl-UEIvvjaġġa bla periklu fl-UEKuntatti u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għal kull pajjiż tal-UEDrittijietek fl-UEProtezzjoni għat-tfalAppoġġ għall-edukazzjoniKura tas-saħħaAċċess għall-akkomodazzjoni u l-housing Segwi l-aġġornamenti tal-progress u ħu sehemTelegramXFacebookInstagramLinkedInNetwerks soċjali oħrajn Links relatati Servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-pajjiżi tal-UE
Jenħtieġ li l-persuni bi protezzjoni temporanja u dawk li jirċievu protezzjoni adegwata skont il-liġi nazzjonali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet fejn jiġu impjegati jew ta’ impjieg indipendenti. Huma għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal taħriġ vokazzjonali u jgawdu minn trattament ugwali bħall-ħaddiema fl-Istati Membri, f’termini ta’ paga u kundizzjonijiet oħrajn.