Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren українська | bir-Russu | русский KONTENUT TAL-PAĠNA KONTENUT TAL-PAĠNA X’għandek tkun taf meta tivvjaġġa fl-UE Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jekk ħrabt mill-gwerra fl-Ukrajna tkun tista’ tivvjaġġa lejn pajjiżi oħrajn tal-UE. Għall-Ukreni b’passaport bijometriku dan id-dritt ġej mis-sistema ta' vvjaġġar mingħajr viża fis-seħħ bejn l-UE u l-Ukrajna. Jekk tiġi minn pajjiż terz, trid tiċċekkja jekk il-pajjiż ta’ oriġini tiegħek hux fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża. Wara li naqsam il-fruntiera tal-UE għall-ewwel darba, nista’ nkompli nivvjaġġa lejn pajjiżi oħrajn tal-UE/Schengen, jew għandi bżonn nibqa’ hemm?Iċ-ċittadini Ukreni b’passaport bijometriku, bħala vjaġġaturi mingħajr viża, għandhom id-dritt li jiċċaqilqu liberament fl-UE wara li jiddaħħlu fit-territorju għal 90 jum. Fuq din il-bażi, tista’ tagħżel il-pajjiż tal-UE li fih tixtieq tgawdi d-drittijiet marbutin mal-protezzjoni temporanja u tingħaqad mal-familja u l-ħbieb tiegħek fil-pajjiż tal-UE fejn huma preżenti.Jekk int intitolat għal protezzjoni temporanja iżda għandek passaport mhux bijometriku, l-awtoritajiet fil-fruntiera tal-pajjiż tal-ewwel dħul tal-UE għandhom joħorġu viża għal soġġorn qasir valida għal 15-il jum meta tidħol fiż-żona Schengen. Din tippermetti l-ivvjaġġar lejn il-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-UE biex tgawdi mid-drittijiet marbutin mal-protezzjoni temporanja.Jekk int intitolat għal protezzjoni temporanja iżda m’għandekx dokument tal-ivvjaġġar, se jkun f’idejn l-awtoritajiet fil-fruntiera tal-pajjiż tal-ewwel dħul tal-UE li jippermettulek tkompli l-vjaġġ, eż. billi joħorġu dokument tal-ivvjaġġar u viża jew billi jużaw formoli ta’ trasferiment relatati mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni temporanja.Jekk int qsamt il-fruntiera tal-UE għall-ewwel darba minn pajjiż li mhux parti miż-żona tal-UE mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni (Ċipru u l-Irlanda) id-dokumenti tiegħek, bħala regola ġenerali, jerġgħu jiġu ċċekkjati fil-punt tal-qsim tal-fruntiera tal-pajjiż ta’ Schengen li jmiss. Ara wkoll l-ispjegazzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni ta’ tfal mhux akkumpanjati jew separati.Filwaqt li r-Rumanija u l-Bulgarija huma pajjiżi ta’ Schengen mill-31 ta’ Marzu 2024, il-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art għadhom fis-seħħ. Tneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-ajru u tal-baħar bejn it-tnejn u l-pajjiżi l-oħrajn ta’ Schengen.Dħalt fl-UE mir-Rumanija jew il-Bulgarija. X’jiġri jekk irrid inkompli l-vjaġġ tiegħi lejn pajjiż ieħor ta’ Schengen?Tista' tagħmel dan. Filwaqt li r-Rumanija u l-Bulgarija huma pajjiżi ta’ Schengen, il-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art għadhom fis-seħħ. Għalhekk, id-dokumenti tiegħek jerġgħu jiġu ċċekkjati fil-fruntiera. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk qed taqsam il-fruntiera fuq l-art bejn l-Ungerija u r-Rumanija. Tneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-ajru u tal-baħar bejn ir-Rumanija u l-Bulgarija u l-pajjiżi l-oħrajn ta’ Schengen.Nista’ niċċaqlaq bejn pajjiżi li huma parti miż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni?Iva. Ladarba tidħol f’pajjiż li hu parti minn din iż-żona, tista’ tiċċaqlaq, fil-prinċipju mingħajr kontrolli fil-fruntieri, lejn pajjiżi oħrajn li huma parti miż-żona Schengen. Madankollu, tista’ tagħmel dan biss għal 90 jum fi żmien perjodu ta’ 180 jum.Innota li l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein mhumiex pajjiżi tal-UE, iżda huma pajjiżi ta’ Schengen. Tista’ tivvjaġġa lejn dawk il-pajjiżi ladarba tkun dħalt fiż-żona Schengen, iżda d-drittijiet tiegħek relatati mal-protezzjoni internazzjonali jew temporanja jistgħu jkunu differenti minn dawk li għandek fil-pajjiżi tal-UE.Filwaqt li d-Danimarka hi pajjiż tal-UE u pajjiż ta’ Schengen, hi ma tiħux sehem fl-iskema ta’ protezzjoni temporanja u ma tapplikax ir-regoli tal-UE dwar l-ażil. Għalhekk, id-drittijiet tiegħek relatati mal-protezzjoni internazzjonali jew temporanja fid-Danimarka jistgħu jkunu differenti minn dawk li għandek f’pajjiżi oħrajn tal-UE.L-ivvjaġġar tiegħi mingħajr viża fl-UE jiskadi dalwaqt u rreġistrajt għal protezzjoni temporanja, madankollu, għadni ma rċevejtx il-permess ta’ residenza tiegħi. X’nista’ nagħmel f’dan il-każ, jekk ikolli bżonn immur lura l-Ukrajna jew jekk ikolli bżonn nivvjaġġa lejn pajjiż ieħor tal-UE?Skont ir-regoli tal-UE, għandek tirċievi permess ta’ residenza u tista’ tużah biex tivvjaġġa sa 90 jum fi żmien 180 jum lejn pajjiżi oħra ta’ Schengen. Bl-istess permess, tista’ toħroġ mill-UE lejn pajjiż terz ieħor – pereżempju l-Ukrajna – u terġa’ tidħol mill-ġdid fl-UE.Jekk għadek ma rċevejtx il-permess ta’ residenza tiegħek, tista’ tirċievi dokumenti jew permessi nazzjonali. Dawn huma differenti minn pajjiż tal-UE għal ieħor. Ċerti dokumenti jew permessi - dawk elenkati fl-Anness 22 tal-Manwal ta’ Schengen - jippermettulek tivvjaġġa daqslikieku jkollok permess ta’ residenza. Madankollu, dan mhuwiex il-każ għall-karti/għad-dokumenti nazzjonali kollha maħruġa mill-pajjiżi ta’ Schengen. Jekk jogħġbok iċċekkja mal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn int irreġistrat għal protezzjoni temporanja jekk id-dokumenti li tirċievi jippermettulekx tivvjaġġa.Jekk dan ma jkunx il-każ, iżda jkollok bżonn tivvjaġġa lejn l-Ukrajna u terġa’ lura, l-unika soluzzjoni vijabbli għalik tkun li, meta terġa’ lura fl-UE, tidħol direttament – bl-art, bl-ajru jew bil-baħar – fil-pajjiż tal-UE fejn int irreġistrat għal protezzjoni temporanja.Jekk ikollok bżonn tivvjaġġa lejn pajjiż ieħor ta’ Schengen tista’ tagħmel dan sa 90 jum fi żmien 180 jum bil-permess ta’ residenza tiegħek jew karta/dokument nazzjonali li hu elenkat fl-Anness 22 (u għalhekk għandu l-istess effett bħal permess ta’ residenza). Jekk ma għandekx tali dokument, nagħtuk parir li għalissa ma tivvjaġġax lejn pajjiżi oħra ta’ Schengen, peress li ż-żjara tiegħek hemmhekk tista’ titqies illegali.Attenzjoni: Il-permessi ta’ residenza maħruġin minn Ċipru u l-Irlanda m’għandhomx l-effett ta’ Schengen wiesa’ u ma jagħtukx id-dritt li tivvjaġġa lejn Stati oħrajn ta’ Schengen. Permessi ta’ residenza maħruġa minn Stati li jinsabu fiż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huma, madankollu, rikonoxxuti minn Ċipru u jagħtu d-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn dawn il-pajjiżi.Il-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija jew awtoritajiet rilevanti oħrajn xorta jistgħu jitolbu d-dokumenti ta’ identifikazzjoni tiegħi, minkejja li ninsab f’pajjiż ta’ Schengen?Iva. Kontrolli tal-pulizija u amministrattivi oħrajn huma dejjem possibbli inklużi fit-territorju u fil-fruntieri interni għal finijiet ta’ sigurtà u migrazzjoni. Hu importanti li jkun hemm kooperazzjoni u li jiġu pprovduti d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa lill-pulizija jew lill-gwardji tal-fruntiera. F’ċerti ċirkostanzi jista’ jkun meħtieġ li tibqa’ disponibbli għall-awtoritajiet matul dawn il-kontrolli f’faċilitajiet magħżulin.Hemm xi restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar relatati mal-pandemija tal-COVID-19?Jekk jogħġbok ikkonsulta Re-open EU għal informazzjoni dwar il-miżuri tal-ivvjaġġar u tas-saħħa fl-UE u fil-pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera) matul il-pandemija tal-COVID-19.Il-liċenzja tas-sewqan Ukrena tiegħi hija valida fl-UE?Mis-27 ta’ Lulju 2022, regoli temporanji ġodda tal-UE jiżguraw li n-nies li jaħarbu mill-Ukrajna jkunu jistgħu jkomplu jużaw il-liċenzja tas-sewqan Ukrena tagħhom, mingħajr il-ħtieġa li jibdluha ma’ liċenzja tas-sewqan tal-UE jew li jagħmlu test tas-sewqan ġdid. Ir-Regolament il-ġdid jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar liċenzji tas-sewqan Ukreni skaduti, mitlufa u misruqa biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk li jirrisjedu fl-UE taħt ir-reġim ta’ protezzjoni temporanja. Il-liċenzji tas-sewqan diġitali maħruġa mill-Ukrajna (DIIA) jistgħu jiġu rikonoxxuti wkoll ladarba l-għodod ta’ verifika jkunu saru disponibbli u skjerati mill-Ukrajna. Aqra aktar dwar dawn ir-regoli.Ir-rikonoxximent tal-liċenzji tas-sewqan mhux tal-UE jvarja bejn il-pajjiżi tal-UE. Lista tas-sorsi li jinfurmaw dwar il-liċenzji tas-sewqan barranin fil-pajjiżi tal-UE hija disponibbli fil-mappa ta’ hawn taħt. Dettalji ta’ kuntatt nazzjonali u informazzjoni F’din il-mappa meta tikklikkja l-pajjiż issib informazzjoni utli dwar l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE li tista’ tikkuntattja dwar il-protezzjoni temporanja, kif ukoll informazzjoni dwar l-appoġġ għall-kura tas-saħħa jew l-impjieg. Aktar informazzjoni prattikaKif tipprepara biex titlaq mill-UkrajnaIvvjaġġa bla periklu fl-UEKuntatti u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għal kull pajjiż tal-UEDrittijietek fl-UERitorn lejn l-UkrajnaProtezzjoni għat-tfalAppoġġ għall-edukazzjoniKura tas-saħħaAċċess għall-impjiegiAċċess għall-akkomodazzjoni u l-housing Segwi l-aġġornamenti tal-progress u ħu sehemTelegramXFacebookInstagramLinkedInNetwerks soċjali oħrajn