Nilħqu n-newtralità klimatika b’mod sostenibbli L-Ewropa qed tmexxi t-triq fi tranżizzjoni lejn ekonomija li tagħti aktar milli tieħu mill-pjaneta. Fil-livell globali, kemm l-ambizzjoni kif ukoll l-azzjoni huma meħtieġa f’dan id-deċennju kritiku, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex tintlaħaq in-newtralità klimatika b’mod sostenibbli. L-UE fil-COP28 It-28 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP28) saret mit-30 ta’ Novembru sat-12 ta’ Diċembru 2023 f’Dubai. Taħt il-presidenza tal-Emirati Għarab Magħquda, is-summit tal-COP28 laqqa’ lill-partijiet flimkien biex jaċċelleraw l-azzjoni lejn l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. L-UE insistiet biex l-ambizzjoni klimatika globali tiżdied b’mod sostanzjali biex l-objettiv ta’ 1.5°C jibqa’ jista’ jintlaħaq, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, u ħadmet ma’ sħab tal-istess fehma biex tiżgura eżitu ta’ suċċess fil-COP28. L-impenji u l-azzjonijiet ewlenin imħabbra mill-UE fil-COP28 jinkludu: l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lil hinn mill-karburanti fossili dan id-deċennju, azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet bi 43% sal-2030 u biex id-dinja taqbad id-direzzjoni lejn emissjonijiet żero netti sal-2050 bħala parti mill-Impenn Globali dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Effiċjenza Enerġetika, it-tripplikar tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u l-irduppjar tar-rata ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika sal-2030. €2.3 biljun mill-baġit tal-UE se jappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-enerġija fil-viċinat Ewropew u madwar id-dinja €175 miljun f’appoġġ finanzjarju mill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan aktar minn €400 miljun f’finanzjament mill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jiġi attivat fond ġdid għat-telf u l-ħsara għall-emerġenzi klimatiċi l-ewwel żewġ proġetti ta’ teknoloġija nadifa Ewropej li għandhom jiġu appoġġjati mis-sħubija UE-Catalyst biex jgħinu lill-UE tilħaq il-miri klimatiċi tagħha għall-2030 kontribut ta’ €20 biljun ta’ Tim Ewropa għall-Inizjattiva għall-Enerġija Ekoloġika bejn l-Afrika u l-UE inizjattiva ġdida ta’ Tim Ewropa ffukata fuq ktajjen tal-valur mingħajr deforestazzjoni Ninsabu lesti li nagħmlu aktar, u nafu li jrid isir aktar. Pereżempju, il-COP28 kienet ukoll l-opportunità biex jiġi diskuss l-ipprezzar tal-karbonju ma’ Partijiet oħra, sabiex aktar pajjiżi jibdew ipoġġu prezz fuq it-tniġġis. U stajna wkoll inwittu t-triq għal riformi finanzjarji usa’, sorsi innovattivi ġodda ta’ finanzjament, u l-allinjament tal-flussi finanzjarji kollha mal-Ftehim ta’ Pariġi. Prijoritajiet tal-UE għall-COP28 Fin-negozjati dwar il-klima tal-COP28, l-UE ħadmet saħansitra għal aktar ambizzjoni u azzjoni f’dan id-deċennju kritiku, inkluż permezz ta’: L-eliminazzjoni gradwali tal-fuels fossili u ż-żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika Enfasi aktar konċertata fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet dan id-deċennju It-tħejjija tagħna u ta' sħabna għall-adattament għat-tibdil fil-klima L-iżgurar ta’ finanzjament għall-klima biex jiġu indirizzati t-telf u l-ħsara minn dawk kollha li jistgħu jħallsu L-UE fil-COP28: SkedaL-UE ospitat kważi 100 avveniment sekondarju fil-paviljun tal-UE. Kien hemm 10 Membri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji matul il-ġimagħtejn tal-COP28.Programm tal-COP28Irreġistra għal avvenimenti paralleli tal-UE Il-ħidma tal-UE fil-COP28 2 ta' Diċembru 2023L-UE tħabbar appoġġ finanzjarju ta’ €175m għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan2 ta' Diċembru 2023L-UE tmexxi l-inizjattiva globali biex sal-2030, tittripla l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u tirdoppja l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika Azzjoni klimatika tal-UE Il-Patt Ekoloġiku Ewropew stabbilixxa strateġija ġdida ta’ tkabbir għall-Ewropa. Għandu l-għan li jittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna u kompetittiva b’emissjonijiet żero netti ta’ gassijiet serra sal-2050. L-aħħar leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima u l-enerġija, magħrufa bħala l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55%”, hija mistennija li tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra tal-UE b’mill-inqas 55% sal-2030. L-Ewropa qed twettaq il-wegħdiet tagħha li għamlet liċ-ċittadini u lis-sħab internazzjonali biex tkun minn ta’ quddiem fl-azzjoni klimatika u ssawwar it-tranżizzjoni ekoloġika għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-industriji. Globalment, l-UE tappoġġja t-trasformazzjoni ekoloġika, billi tinvesti kemm fil-mitigazzjoni kif ukoll fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima permezz tal-istrateġija tagħha Global Gateway. Tappoġġja wkoll l-enerġija nadifa bħala mod kif jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi. F’approċċ ta’ Tim Ewropa, hi tippromwovi skambji tat-teknoloġija ekoloġika u ssaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija, filwaqt li toffri konnessjonijiet u soluzzjonijiet sostenibbli u fdati madwar id-dinja. Kontribut tat-Tim Ewropa għall-finanzjament globali għall-klima Biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika jeħtieġ li l-emissjonijiet jonqsu kullimkien fid-dinja. L-UE qiegħda tissieħeb ma’ ekonomiji li qed jiżviluppaw biex tipprovdilhom l-appoġġ li jeħtieġu biex itaffu u jadattaw għat-tibdil fil-klima.L-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Bank Ewropew tal-Investiment flimkien huma l-akbar kontributur ta’ finanzjament pubbliku għall-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fl-2022, huma kkontribwew €28.5 biljun f’finanzjament għall-klima minn sorsi pubbliċi u mmobilizzaw ammont addizzjonali ta’ €11.9-il biljun ta’ finanzjament privat.L-UE tibqa’ impenjata wkoll li tikkontribwixxi lejn l-għan tal-ekonomiji żviluppati li timmobilizza b’mod konġunt minn sorsi differenti $100 biljun fis-sena sal-2025 biex jappoġġjaw lil sħabna. €28.5 biljun mobilizzati minn Tim Ewropa20% ogħla milli fl-2021 L-aktar reċenti 28 April 2026Speech by Commissioner Hoekstra at the Opening of the Conference on Transitioning Away from Fossil Fuels6 Frar 2026Remarks by Commissioner Hoekstra at the press conference of the informal ENVI Council in NicosiaAra kollox Links relatati Il-Patt Ekoloġiku EwropewPożizzjoni tal-UE għas-summit tan-NU dwar il-klima f’Dubai (COP28)Inwettqu l-Patt Ekoloġiku EwropewREPowerEUIl-Global Gateway
L-Ewropa qed tmexxi t-triq fi tranżizzjoni lejn ekonomija li tagħti aktar milli tieħu mill-pjaneta. Fil-livell globali, kemm l-ambizzjoni kif ukoll l-azzjoni huma meħtieġa f’dan id-deċennju kritiku, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex tintlaħaq in-newtralità klimatika b’mod sostenibbli.
L-UE fil-COP28: SkedaL-UE ospitat kważi 100 avveniment sekondarju fil-paviljun tal-UE. Kien hemm 10 Membri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji matul il-ġimagħtejn tal-COP28.Programm tal-COP28Irreġistra għal avvenimenti paralleli tal-UE
Biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika jeħtieġ li l-emissjonijiet jonqsu kullimkien fid-dinja. L-UE qiegħda tissieħeb ma’ ekonomiji li qed jiżviluppaw biex tipprovdilhom l-appoġġ li jeħtieġu biex itaffu u jadattaw għat-tibdil fil-klima.L-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Bank Ewropew tal-Investiment flimkien huma l-akbar kontributur ta’ finanzjament pubbliku għall-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fl-2022, huma kkontribwew €28.5 biljun f’finanzjament għall-klima minn sorsi pubbliċi u mmobilizzaw ammont addizzjonali ta’ €11.9-il biljun ta’ finanzjament privat.L-UE tibqa’ impenjata wkoll li tikkontribwixxi lejn l-għan tal-ekonomiji żviluppati li timmobilizza b’mod konġunt minn sorsi differenti $100 biljun fis-sena sal-2025 biex jappoġġjaw lil sħabna.
28 April 2026Speech by Commissioner Hoekstra at the Opening of the Conference on Transitioning Away from Fossil Fuels
6 Frar 2026Remarks by Commissioner Hoekstra at the press conference of the informal ENVI Council in Nicosia