Page contents Page contents Il-prijoritajiet u l-valuri tal-UE fis-sistema multilaterali L-isfidi tas-seklu 21 jitolbu aktar u mhux inqas governanza multilaterali u kooperazzjoni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli. L-UE ddefiniet prijoritajiet strateġiċi ċari dwar kwistjonijiet li l-ebda pajjiż ma jista’ jiffaċċja waħdu: il-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika jew il-klima. Issa trid tavvanza dawn il-prijoritajiet b’mod multilaterali f’approċċ strateġiku biex tiżgura dinja aktar sikura u rkupru globali sostenibbli u inklużiv. L-UE trid tintensifika t-tmexxija tagħha u taġixxi f’unità biex tirnexxi f’unità. Għal dan il-għan l-UE se tippromwovi mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni aktar effiċjenti b’rabta ma’ prijoritajiet konġunti u tagħmel użu aħjar mis-saħħa kollettiva tagħha, inkluż billi tibni fuq l-approċċ ta’ Tim Ewropa. Permezz tal-qawwiet regolatorji uniċi u demokratiċi tagħha l-UE tista’ tikkontribwixxi għall-bini ta’ dinja aħjar; bis-saħħa tal-istrutturi tas-sigurtà u tad-difiża tagħha tista’ tappoġġja l-isforzi globali għaż-żamma u għas-sostenn ta’ paċi u sigurtà fid-dinja. L-UE fuq il-mejda tan-negozjar L-UE ser tkompli tappoġġja l-modernizzazzjoni tas-sistema multilaterali, inklużi l-isforzi ta’ riforma tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, kif ukoll ir-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-UE se tibni alleanzi ġodda ma’ pajjiżi terzi, issaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multilaterali u reġjonali, kif ukoll ma’ partijiet ikkonċernati oħra. Relazzjonijiet bejn l-UE u n-NUL-UE fil-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima COP27 L-UE fil-G20Summit Globali dwar is-Saħħa Avvenimenti ewlenin 19-21 ta’ Mejju 2023Il-President von der Leyen attendiet is-summit tal-G7. Il-mexxejja ddiskutew is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, fl-Indo-Paċifiku, ir-reżiljenza ekonomika u s-sigurtà, u l-involviment mal-G20 u s-sħab tan-Nofsinhar Globali15-16 ta’ Novembru 2022Is-Summit tal-G20 sar f’Bali, l-Indoneżja. Qabel is-Summit, il-Kummissjoni żiedet l-appoġġ biex tgħin lil dawk l-aktar milquta mill-effetti devastanti tal-insigurtà tal-ikel li qed tiżdied globalment6-20 ta’ Novembru 2022COP27: L-UE wriet ambizzjoni u flessibbiltà biex l-għan li ż-żieda fit-tisħin globali tibqa' limitata għal 1.5 gradi jkun jista' jintlaħaq u għenet biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament ġodda bbilanċjati biex jgħinu lill-komunitajiet vulnerabbli jiffaċċjaw it-telf u l-ħsara kkawżati mit-tibdil fil-klima 31 ta' Ottubru - 12 ta’ Novembru 2021COP26: L-UE tgħin biex jinkiseb eżitu biex il-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi jinżammu ħajjin.30-31 ta’ Ottubru 2021G20: Qabel il-COP26, dan is-Summit iffoka fuq it-tibdil fil-klima, kif ukoll l-ekonomija globali, is-saħħa, u l-iżvilupp sostenibbli.11-13 ta' Ġunju 2021:Il-mexxejja tal-G7 qablu dwar impenji ulterjuri rigward il-kondiviżjoni tal-vaċċini, il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u li jsir progress konkret lejn soluzzjoni globali għat-tassazzjoni diġitali u għar-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.21 ta' Mejju 2021Fis-Summit Globali dwar is-Saħħa, il-mexxejja tal-G20 impenjaw ruħhom għal serje ta’ azzjonijiet biex iħaffu t-tmiem tal-kriżi tal-COVID-19 kullimkien u biex iħejju aħjar għal pandemiji futuri.Uri 3 aktar oġġetti2-13 ta' Diċembru 2019:COP25 Dokumenti Communication17 Frar 2021Communication: Strengthening the EU’s contribution to rules-based multilateralismJoint Communication on strengthening the EU’s contribution to rules-based multilateralism
L-isfidi tas-seklu 21 jitolbu aktar u mhux inqas governanza multilaterali u kooperazzjoni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli. L-UE ddefiniet prijoritajiet strateġiċi ċari dwar kwistjonijiet li l-ebda pajjiż ma jista’ jiffaċċja waħdu: il-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika jew il-klima. Issa trid tavvanza dawn il-prijoritajiet b’mod multilaterali f’approċċ strateġiku biex tiżgura dinja aktar sikura u rkupru globali sostenibbli u inklużiv.
Communication17 Frar 2021Communication: Strengthening the EU’s contribution to rules-based multilateralismJoint Communication on strengthening the EU’s contribution to rules-based multilateralism