Il-Pjan Industrijali tal-Patt EkoloġikuInpoġġu fuq quddiem l-industrija tal-Ewropa b’emissjonijiet żero netti Tmexxija tar-rivoluzzjoni tat-teknoloġija nadifa Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku jsaħħaħ il-kompetittività tal-industrija b’emissjonijiet żero netti tal-Ewropa u qed jaċċellera t-tranżizzjoni mħaffa lejn in-newtralità klimatika. Hu jipprovdi ambjent li jappoġġja aktar it-tkabbir tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE għat-teknoloġiji u l-prodotti b’emissjonijiet żero netti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi ambizzjużi tal-Ewropa. Għandna opportunità ta’ darba f’ġenerazzjoni biex nuru t-triq b’ħeffa, b’ambizzjoni u b’sens ta’ skop biex niżguraw it-tmexxija industrijali tal-UE fis-settur tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti li qed jikber b’rata mgħaġġla. L-Ewropa hija determinata li tmexxi r-rivoluzzjoni tat-teknoloġija nadifa. Għall-kumpaniji u n-nies tagħna, dan ifisser li l-ħiliet jinbidlu f’impjiegi ta’ kwalità u l-innovazzjoni fi produzzjoni tal-massa, bis-saħħa ta’ qafas aktar sempliċi u aktar mgħaġġel. Aċċess aħjar għall-finanzi se jippermetti lill-industriji tat-teknoloġija nadifa ewlenin tagħna jespandu malajr. It-triq għal emissjonijiet żero netti Aktar minn €100 biljunhuwa l-valur tal-ekosistema tal-UE ta’ negozji ġodda b’emissjonijiet żero netti fl-2021, li rdoppja mill-2020Aktar minn 400 GWfil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli mir-riħ u mix-xemx fl-UE fl-2022, kien hemm żieda ta’ aktar minn 25% meta mqabbla mal-20204.5 miljunl-impjiegi ekoloġiċi fl-ekonomija Ewropea fl-2019 żdiedu minn 3.2 miljun fl-2000 għal L-erba’ pilastri tal-pjan Biex jiġi żgurat il-post tal-Ewropa bħala d-dar tal-innovazzjoni industrijali u t-teknoloġija nadifa, il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku se jkopri erba’ pilastri ewlenin: Ambjent regolatorju prevedibbli u simplifikatAċċess aktar rapidu għall-fondiTitjib tal-ħilietKummerċ miftuħ li jiffavorixxi ktajjen tal-provvista reżiljenti Ambjent regolatorju prevedibbli u simplifikat Dan il-pilastru tal-pjan huwa dwar qafas regolatorju. Dan ifisser il-ħolqien ta’ qafas aktar sempliċi, aktar rapidu u aktar prevedibbli, l-iżgurar tal-volumi meħtieġa għall-materja prima, u l-iżgurar li l-utenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kostijiet baxxi tal-enerġija rinnovabbli. Hemm tliet inizjattivi li jappoġġjaw din il-ħidma. InitiativesAtt dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero NettiL-identifikazzjoni tal-għanijiet għal kapaċità industrijali żero netti u jiġi pprovdut qafas regolatorju adattat għall-implimentazzjoni rapida tiegħuAtt dwar il-Materja Prima KritikaL-iżgurar ta’ aċċess suffiċjenti għal dawk il-materjali, bħall-elementi terrestri rari, li huma vitali għall-manifattura ta’ teknoloġiji ewleninRiforma tad-disinn tas-suq tal-elettrikuL-għajnuna lill-konsumaturi biex jibbenefikaw mill-ispejjeż aktar baxxi tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli Aċċess aktar rapidu għall-fondi It-tieni pilastru tal-pjan se jħaffef l-investiment u l-finanzjament għall-produzzjoni tat-teknoloġija nadifa fl-Ewropa. Kitreel - adobe.stock.comSkont il-politika tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku filwaqt li tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika. Għal dak l-għan u sabiex jitħaffef u jiġi ssimplifikat l-għoti tal-għajnuna, il-Kummissjoniikkonsultat l-Istati Membri u emendat il-Qafas Temporanju tal-Għajnuna mill-Istat għall-Kriżi u t-Tranżizzjoniirrevediet ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa fid-dawl tal-Patt EkoloġikuIl-Kummissjoni se tiffaċilita wkoll l-użu tal-fondi eżistenti tal-UE għall-finanzjament tal-innovazzjoni, il-manifattura u l-użu tat-teknoloġija nadifa, b’enfasi fuq REPowerEU, InvestEU u l-Fond għall-Innovazzjoni. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li twaqqaf il-Fond Ewropew ta’ Sovranità, bħala tweġiba strutturali ta’ nofs it-terminu għall-ħtiġijiet ta’ investiment. Titjib tal-ħiliet meħtieġa Bi tkabbir enormi fit-teknoloġiji l-ġodda, se jkollna bżonn ta’ tkabbir enormi fil-ħiliet u l-ħaddiema tas-sengħa f’dan is-settur. Biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa biex isseħħ it-tranżizzjoni ekoloġika, il-Kummissjoni: stockbusters - adobe.stock.comse tipproponi li jiġu stabbiliti Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Nett li se jgħinu fit-tnedija ta’ programmi ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid fl-industriji strateġiċi se tikkunsidra kif jiġu kkumbinat approċċ ta’ “Ħiliet l-ewwel”, li jirrikonoxxu l-ħiliet reali, ma’ approċċi eżistenti bbażati fuq il-kwalifikise tħares lejn kif tiffaċilita l-aċċess ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tax-xogħol tal-UE f’setturi ta’ prijoritàse tħares lejn miżuri biex jitrawwem u jiġi allineat il-finanzjament pubbliku u privat għall-iżvilupp tal-ħiliet L-iffaċilitar tal-kummerċ miftuħ u ġust Ir-raba’ pilastru hu dwar il-kooperazzjoni globali u biex il-kummerċ jaħdem favur it-tranżizzjoni ekoloġika, skont il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u l-kummerċ miftuħ, filwaqt li jibni fuq l-impenji mas-sħab tal-UE u l-ħidma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).Għal dak l-għan, il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa n-network tal-UE ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles u forom oħra ta’ kooperazzjoni mas-sħab biex tappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika. Se tkompli wkoll tiddefendi s-Suq Uniku minn prattiki kummerċjali inġusti. Sfond Tellieqa għat-teknoloġija nadifa tinsab fl-aqwa tagħha. L-akbar ekonomiji fid-dinja – mill-Istati Uniti sal-Indja, miċ-Ċina sal-Ġappun – kollha bdew jinvestu bil-kbir fl-innovazzjoni ekoloġika. Filwaqt li din tista’ tkun biss aħbar tajba għall-pjaneta tagħna, naturalment din hija pressjoni qawwija fuq it-tranżizzjoni nadifa tal-UE stess. Sabiex niksbu t-tranżizzjoni nadifa tal-UE, neħtieġu kemm kundizzjonijiet ekwi globali kif ukoll Ewropej. Dan ifisser titjib fit-trawwim tal-industrija tagħna stess – mill-idroġenu għas-sustanzi kimiċi, mill-bijoteknoloġija san-nanoteknoloġija. U huwa biex jintlaħaq dan l-għan li tnieda l-Pjan Industrijali għall-Ewropa tal-Patt Ekoloġiku. *ikoni fuq din il-paġna magħmula minn stock.adobe.com Dokumenti 1 FRAR 2023Communication: A Green Deal Industrial Plan for the Net-Zero Age 1 FRAR 2023Factsheet - The Green Deal Industrial Plan 1 FRAR 2023Statement by President von der Leyen on the Green Deal Industrial Plan 1 FRAR 2023Questions and answers about the Green Deal Industrial Plan Links relatati Il-kompetittività tal-UE wara l-2030: inħarsu ’l quddiem fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tas-Suq UnikuIl-Patt Ekoloġiku Ewropew
Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero NettiL-identifikazzjoni tal-għanijiet għal kapaċità industrijali żero netti u jiġi pprovdut qafas regolatorju adattat għall-implimentazzjoni rapida tiegħu
Att dwar il-Materja Prima KritikaL-iżgurar ta’ aċċess suffiċjenti għal dawk il-materjali, bħall-elementi terrestri rari, li huma vitali għall-manifattura ta’ teknoloġiji ewlenin
Riforma tad-disinn tas-suq tal-elettrikuL-għajnuna lill-konsumaturi biex jibbenefikaw mill-ispejjeż aktar baxxi tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
Kitreel - adobe.stock.comSkont il-politika tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku filwaqt li tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika. Għal dak l-għan u sabiex jitħaffef u jiġi ssimplifikat l-għoti tal-għajnuna, il-Kummissjoniikkonsultat l-Istati Membri u emendat il-Qafas Temporanju tal-Għajnuna mill-Istat għall-Kriżi u t-Tranżizzjoniirrevediet ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa fid-dawl tal-Patt EkoloġikuIl-Kummissjoni se tiffaċilita wkoll l-użu tal-fondi eżistenti tal-UE għall-finanzjament tal-innovazzjoni, il-manifattura u l-użu tat-teknoloġija nadifa, b’enfasi fuq REPowerEU, InvestEU u l-Fond għall-Innovazzjoni. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li twaqqaf il-Fond Ewropew ta’ Sovranità, bħala tweġiba strutturali ta’ nofs it-terminu għall-ħtiġijiet ta’ investiment.
stockbusters - adobe.stock.comse tipproponi li jiġu stabbiliti Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Nett li se jgħinu fit-tnedija ta’ programmi ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid fl-industriji strateġiċi se tikkunsidra kif jiġu kkumbinat approċċ ta’ “Ħiliet l-ewwel”, li jirrikonoxxu l-ħiliet reali, ma’ approċċi eżistenti bbażati fuq il-kwalifikise tħares lejn kif tiffaċilita l-aċċess ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għas-swieq tax-xogħol tal-UE f’setturi ta’ prijoritàse tħares lejn miżuri biex jitrawwem u jiġi allineat il-finanzjament pubbliku u privat għall-iżvilupp tal-ħiliet
Ir-raba’ pilastru hu dwar il-kooperazzjoni globali u biex il-kummerċ jaħdem favur it-tranżizzjoni ekoloġika, skont il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u l-kummerċ miftuħ, filwaqt li jibni fuq l-impenji mas-sħab tal-UE u l-ħidma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).Għal dak l-għan, il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa n-network tal-UE ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles u forom oħra ta’ kooperazzjoni mas-sħab biex tappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika. Se tkompli wkoll tiddefendi s-Suq Uniku minn prattiki kummerċjali inġusti.
Il-kompetittività tal-UE wara l-2030: inħarsu ’l quddiem fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tas-Suq Uniku