Spjegazzjoni tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti hu inizjattiva li ġejja mill-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku li għandu l-għan li jżid il-manifattura ta’ teknoloġiji nodfa fl-UE. Dan ifisser li tiżdied il-kapaċità tal-manifattura tal-UE tat-teknoloġiji li jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jirrilaxxaw emissjonijiet ta’ gassijiet serra estremament baxxi, żero jew negattivi meta joperaw.Dan l-Att se jattira l-investimenti u joħloq kundizzjonijiet aħjar u aċċess għas-suq għal teknoloġija nadifa fl-UE. L-għan hu li sal-2030 il-kapaċità ta’ manifattura ġenerali tat-teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti toqrob jew tilħaq mill-inqas 40% tal-ħtiġijiet tal-użu tal-Unjoni. Dan se jaċċellera l-progress lejn il-miri tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030 u t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Se jagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-industrija tal-UE, joħloq impjiegi ta’ kwalità, u jappoġġja l-isforzi tal-UE biex issir indipendenti fl-enerġija. L-Att jissimplifika wkoll il-qafas regolatorju għall-manifattura ta’ dawn it-teknoloġiji. Dan se jgħin biex tiżdied il-kompetittività tal-industrija tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti fl-Ewropa u se jaċċellera wkoll il-kapaċità li jinħażnu l-emissjonijiet tas-CO2. L-Att jindirizza teknoloġiji li se jagħtu kontribut sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni. Hu jappoġġja, b’mod partikolari, teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti li huma disponibbli kummerċjalment u li għandhom potenzjal tajjeb għal espansjoni rapida. Teknoloġiji bħal dawn isaħħu l-kompetittività industrijali u r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE filwaqt li jippermettu t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Fis-6 ta’ Frar 2024, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti. Ladarba jiġi adottat formalment, l-Att jidħol fis-seħħ. Teknoloġiji ewlenin Fotovoltajċi solari u termali solariElettrolizzaturi u ċelloli tal-fjuwilEnerġija mir-riħ fuq l-art u sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kostaBijogass/bijometan sostenibbliBatteriji u ħżinĠbir u ħżin tal-karbonjuPompi tas-sħana u enerġija ġeotermali Teknoloġiji tal-grilja Teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti oħra huma appoġġjati wkoll mill-miżuri fl-att, inklużi teknoloġiji sostenibbli ta’ fjuwils alternattivi, teknoloġiji avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil, reatturi modulari żgħar, u fjuwils tal-aħjar kwalità relatati. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal settur tat-teknoloġija nadifa tal-UE mar-ritmu tax-xejriet globali €600 biljun fis-senaIl-valur tas-suq globali ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti sal-2030żieda bi tliet darbietteknoloġiji ewlenin b’emissjonijiet żero netti manifatturati bil-massa mistennija sal-2030€100 biljunL-ekosistema tal-emissjonijiet żero netti tal-UE wara li rduppjat fil-valur mill-2020 sal-2021 Sal-2050 kważi żieda b’erba’ darbietimplimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli:żieda b’sitt darbietimplimentazzjoni tal-pompi tas-sħana:żieda bi 15-il darbaproduzzjoni globali tal-vetturi elettriċi: Sabiex jiġi stimulat l-investiment f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, l-Att jipproponi: Proġetti Strateġiċi b’Emissjonijiet Żero Netti: l-identifikazzjoni ta’ proġetti prijoritarji essenzjali għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kompetittività tal-industrija b’emissjonijiet żero netti tal-UE Tnaqqis tal-burokrazija u tħaffif tal-permessi: it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ manifattura b’emissjonijiet żero netti u proċeduri ta’ għoti ta’ permessi aktar sempliċi u aktar rapidi. Dan huwa partikolarment għal proġetti strateġiċi li se jibbenefikaw minn permessi saħansitra aktar rapidi, biex tiżdied iċ-ċertezza tal-ippjanar u tal-investiment. Kapaċità ta’ injezzjoni ta’ CO2: l-appoġġ għal proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju, notevolment bit-titjib tad-disponibbiltà ta’ siti għall-ħżin tas-CO2 Attrazzjoni tal-investiment: l-attrazzjoni tal-investiment permezz tal-Pjattaforma Net-Zero Europe u l-Bank Ewropew tal-Idroġenu Faċilitar tal-aċċess għas-swieq: spinta lid-domanda għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bl-implimentazzjoni ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà u reżiljenza fil-proċeduri tal-akkwist u fl-irkanti Innovazzjoni: l-istabbiliment ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja biex jgħinu fl-iżvilupp u l-ittestjar ta’ teknoloġiji innovattivi b’emissjonijiet żero netti u joħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-innovazzjoni Titjib tal-ħiliet: l-istabbiliment ta’ Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, bl-appoġġ u s-sorveljanza mill-Pjattaforma Net-Zero Europe. Dawn se jipprovdu taħriġ u edukazzjoni dwar teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, u jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità. Il-Pjattaforma Net-Zero Europe Il-Pjattaforma Net-Zero Europe se tgħin biex tissorvelja l-miżuri kollha skont l-Att. Din se tlaqqa’ flimkien il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, biex jikkoordinaw u jiddiskutu l-azzjonijiet proposti. Rappreżentanti tal-industrija u esperti oħra jistgħu jiġu mistiedna fil-Pjattaforma. Il-Bank Ewropew tal-Idroġenu © malp / Adobe StockL-Idroġenu hu wieħed mit-teknoloġiji ewlenin tal-Att Ewropew dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti. Huwa indispensabbli li l-industrija Ewropea tiġi dekarbonizzata u li jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE għall-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050. Jekk inżidu l-produzzjoni tal-idroġenu, inkunu nistgħu nnaqqsu l-użu tal-fjuwils fossili fl-industriji Ewropej u naqdu l-ħtiġijiet tas-setturi li diffiċli jiġu elettrifikati.Il-Bank Ewropew tal-Idroġenu se jappoġġja l-użu tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE kif ukoll l-importazzjonijiet mis-sħab internazzjonali. Għandu l-għan li jisfrutta l-investimenti privati fil-ktajjen tal-valur tal-idroġenu billi jgħaqqad b’mod effiċjenti l-provvista tal-enerġija rinnovabbli mad-domanda u jindirizza l-isfidi inizjali tal-investiment.Il-Bank se joħloq suq emerġenti tal-idroġenu Ewropew, joffri opportunitajiet ġodda ta’ tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE b’rabta mal-idroġenu, f’konformità mar-REPowerEU u mat-triq lejn in-newtralità klimatika. L-ewwel irkanti pilota se jitnedew taħt il-Fond għall-Innovazzjoni fil-ħarifa tal-2023 li jappoġġja l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli. Dan jibgħat sinjal ċar li l-Ewropa hija l-post tal-produzzjoni tal-idroġenu. Sfond L-UE impenjat ruħha li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, iżda bħalissa hija importatur nett ta’ diversi teknoloġiji u komponenti b’emissjonijiet żero netti li huma kruċjali biex jintlaħaq dan l-objettiv. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Nett bħala parti mill-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku biex tiżgura li t-tranżizzjoni ekoloġika ma titpoġġiex f’riskju minn dipendenzi strateġiċi. Bl-istabbiliment ta’ objettiv aggregat tal-kapaċità tal-manifattura għall-2030 u s-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, l-Att se jippermetti lill-UE ssir mexxejja industrijali f’dan is-suq. Filwaqt li jislet mit-tagħlimiet tal-pandemija tal-COVID-19 u mill-kriżi tal-enerġija, l-Att se jiżgura li l-ktajjen tal-provvista ma jibqgħux iħabbtu wiċċhom ma’ tfixkil u li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa tkun sostnuta mill-kapaċità tal-manifattura domestika li hija meħtieġa. *l-ikoni fuq din il-paġna huma magħmula minn stock.adobe.com Dokumenti 16 MARZU 2023A Net-Zero Industry Act 16 MARZU 2023Factsheet on the Net-Zero Industry Act 16 MARZU 2023Factsheet on the European Hydrogen Bank 16 MARZU 2023Questions and Answers: The Net-Zero Industry Act and the European Hydrogen Bank Links relatati Att dwar il-Materja Prima KritikaDisinn tas-suq tal-elettriku
L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti hu inizjattiva li ġejja mill-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku li għandu l-għan li jżid il-manifattura ta’ teknoloġiji nodfa fl-UE. Dan ifisser li tiżdied il-kapaċità tal-manifattura tal-UE tat-teknoloġiji li jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jirrilaxxaw emissjonijiet ta’ gassijiet serra estremament baxxi, żero jew negattivi meta joperaw.Dan l-Att se jattira l-investimenti u joħloq kundizzjonijiet aħjar u aċċess għas-suq għal teknoloġija nadifa fl-UE. L-għan hu li sal-2030 il-kapaċità ta’ manifattura ġenerali tat-teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti toqrob jew tilħaq mill-inqas 40% tal-ħtiġijiet tal-użu tal-Unjoni. Dan se jaċċellera l-progress lejn il-miri tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030 u t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Se jagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-industrija tal-UE, joħloq impjiegi ta’ kwalità, u jappoġġja l-isforzi tal-UE biex issir indipendenti fl-enerġija.
© malp / Adobe StockL-Idroġenu hu wieħed mit-teknoloġiji ewlenin tal-Att Ewropew dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti. Huwa indispensabbli li l-industrija Ewropea tiġi dekarbonizzata u li jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE għall-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050. Jekk inżidu l-produzzjoni tal-idroġenu, inkunu nistgħu nnaqqsu l-użu tal-fjuwils fossili fl-industriji Ewropej u naqdu l-ħtiġijiet tas-setturi li diffiċli jiġu elettrifikati.Il-Bank Ewropew tal-Idroġenu se jappoġġja l-użu tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE kif ukoll l-importazzjonijiet mis-sħab internazzjonali. Għandu l-għan li jisfrutta l-investimenti privati fil-ktajjen tal-valur tal-idroġenu billi jgħaqqad b’mod effiċjenti l-provvista tal-enerġija rinnovabbli mad-domanda u jindirizza l-isfidi inizjali tal-investiment.Il-Bank se joħloq suq emerġenti tal-idroġenu Ewropew, joffri opportunitajiet ġodda ta’ tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE b’rabta mal-idroġenu, f’konformità mar-REPowerEU u mat-triq lejn in-newtralità klimatika.