
Abbażi tad-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ tal-ewwel 100 jum tal-mandat il-ġdid, il-Kummissjoni issa qed tniedi dibattitu online ġdid dwar il-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini. B’hekk, l-aktar temi prominenti msemmija miż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiġu diskussi b’mod miftuħ u mifrux mal-UE kollha.
Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ huma inizjattiva annwali fejn iż-żgħażagħ jingħataw lok biex jinvolvu ruħhom direttament mal-Kummissarji Ewropej u jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar l-inizjattivi ta’ politika tal-UE.
Matul l-ewwel ċiklu, id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ ġew organizzati madwar l-Ewropa kollha:
- 26 Kummissarju kellhom diskussjonijiet
- aktar minn 400 żagħżugħ u żagħżugħa qasmu l-ideat u t-tħassib tagħhom
- huma ddiskutew kwistjonijiet urġenti differenti, mit-tibdil fil-klima u l-politika agrikola sal-impjieg taż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali.
Se jiġi ppubblikat rapport dwar id-djalogi u d-dibattiti. Dan se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ politiki li jkollhom impatt fuq iż-żgħażagħ fl-UE.
Stħarriġ reċenti tal-UE juri li 67 % taż-żgħażagħ Ewropej ikunu interessati li jattendu djalogu mal-pari tagħhom u mar-rappreżentanti tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ interess għall-futur tal-UE.
Ir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ tal-2024 jafferma mill-ġdid l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li l-ilħna taż-żgħażagħ jibqgħu ċentrali fil-ħolqien tal-politiki tal-UE. Dan jiddeskrivi l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ Ewropej, filwaqt li jenfasizza l-politiki tal-UE li qed jevolvu, bl-għan li jtejbulhom ħajjithom. Juri wkoll li kważi 60 % taż-żgħażagħ Ewropej għandhom perċezzjoni pożittiva tal-UE.
Għalhekk, waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni se tibqa’ li tappoġġa liż-żgħażagħ u li tisma’ leħinhom, anke fid-dawl tat-tħejjija tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ lil hinn mill-2027.
Għal aktar informazzjoni
Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 Marzu 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni