Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Se tagħlaq 18? Applika għal pass tal-ivvjaġġar tad-DiscoverEU b’xejn

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 1 Ottubru 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
Two young women look out of a tram door

Għandek 18-il sena, tgħix f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE jew tal-Erasmus+, u tixtieq tiskopri l-Ewropa? Aħtaf dan iċ-ċans! 

L-UE qed toffri passes tal-ivvjaġġar liż-żgħażagħ biex jivvjaġġaw u jesploraw l-UE. L-applikazzjonijiet miftuħin — applika qabel il-15 ta’ Ottubru 2026 f’nofsinhar, ħin ta’ Brussell. U dan mhux kollox; tista’ tivvjaġġa ma’ grupp ta’ ħbieb jekk tissottomettu l-applikazzjoni flimkien.

Jekk tintgħażel, tirċievi pass tal-ivvjaġġar għall-mezzi tat-trasport l-aktar ekoloġiċi, bħall-ferrovija (jew modi oħrajn tat-trasport f’każijiet speċifiċi). Tista’ tivvjaġġa għal massimu ta’ 7 ijiem f’perjodu ta’ xahar, fi kwalunkwe żmien bejn l-1 ta’ Marzu 2027 u l-31 ta’ Mejju 2028. Se tirċievi wkoll kard tal-iskontijiet tad-DiscoverEU li toffrilek bosta skontijiet fuq l-akkomodazzjoni, il-kultura, l-isport, it-trasport lokali, u servizzi oħrajn.

Jekk għandek diżabbiltà jew problema ta’ saħħa li jagħmluhielek diffiċli biex tivvjaġġa, noffrulek assistenza u sostenn.

L-appoġġ għaż-żgħażagħ huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-UE. L-inizjattiva DiscoverEU hi parti mill-programm Erasmus+. Liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena toffrilhom l-opportunità li jivvjaġġaw u jesploraw id-diversità tal-Ewropa, jitgħallmu dwar il-wirt u l-istorja kulturali tagħha, u jibnu kuntatti ma’ nies oħrajn minn madwar il-kontinent kollu. 

Għal aktar informazzjoni

DiscoverEU – applika issa!

L-ekwità soċjali Ewropea

Storja dwar iż-Żgħażagħ Ewropej: Oħlom kemm tiflaħ. Aġixxi issa.

Storja bl-immaġnijiet: X’għandek fil-bagalja?

Data tal-pubblikazzjoni
1 Ottubru 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni