Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Lenti fuq is-solidarjetà u l-ġustizzja waqt il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 24 April 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
European Youth Week - Kick-off event at the European Parliament
European Youth Week 2024 - Kick-off event

 

Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ għall-2026 se ssir mill-24 ta’ April sal-1 ta’ Mejju 2026. L-edizzjoni ta’ dis-sena se tkun iddedikata għas-solidarjetà u l-ġustizzja hekk kif qed niċċelebraw 30 sena ta’ volontarjat fl-Ewropa. Se tittella’ wirja dwar l-Ewropej li għamlu differenza sinifikanti fis-soċjetà. 

Il-Kummissjoni torganizza l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ kull sentejn biex tiċċelebra u tħeġġeġ l-involviment, il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ fl-Ewropa u lil hinn minnha. Il-ġimgħa se tibda Brussell b’avveniment organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew. Aktar minn 1000 parteċipant se jkollhom l-opportunità jaqsmu l-ideat u l-fehmiet tagħhom matul jum sħiħ ta’ attivitajiet. 

Tul dik il-ġimgħa se jkun hemm varjetà kbira ta’ avvenimenti, diskussjonijiet u attivitajiet fl-Ewropa, li jlaqqgħu flimkien liż-żgħażagħ, lill-partijiet ikkonċernati u lil dawk li jfasslu l-politiki biex jinvolvu ruħhom fis-suġġetti ewlenin u jaqsmu l-perspettivi tagħhom.

L-appoġġ liż-żgħażagħ għadu prijorità ewlenija għall-Kummissjoni, b’diversi inizjattivi tal-UE li joffru opportunitajiet ta’ finanzjament liż-żgħażagħ bħal skambji taż-żgħażagħ, volontarjat, studju, vjaġġar jew parteċipazzjoni fi proċessi demokratiċi fl-UE.

Għal iktar informazzjoni

Portal Ewropew taż-Żgħażagħ

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
24 April 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni