Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Għaxar snin tal-GDPR: id-data tiegħek, id-drittijiet tiegħek

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 22 Mejju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

 

Fl-24 ta’ Mejju 2026, infakkru għaxar snin minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). Din il-liġi storika tat lill-Ewropej kontroll reali fuq id-data personali tagħhom għall-ewwel darba, u biddlet il-ħajja online għal dejjem.  

Kisba storika għad-drittijiet taċ-ċittadini 

Qabel il-GDPR, ir-regoli li jipproteġu d-data personali tiegħek kienu jvarjaw ħafna minn pajjiż tal-UE għal ieħor, u d-drittijiet tiegħek spiss ma kinux ċari. Dan kollu nbidel bis-saħħa tal-GDPR.  

Madwar l-UE, issa għandek id-dritt li tkun taf liema data tinġabar dwarek, għaliex tinġabar, u ma’ min tiġi kondiviża. Tista’ titlob aċċess għad-data tiegħek, titlob li din tiġi kkoreġuta jew titħassar, u tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin.  

Dawn id-drittijiet japplikaw irrispettivament minn jekk intix qed tittratta ma’ negozju lokali żgħir jew ma’ korporazzjoni multinazzjonali. Il-kumpaniji li naqsu milli jirrispettaw ir-regoli ffaċċjaw konsegwenzi sinifikanti — inkluż uħud mill-ikbar multi li qatt ingħataw lil ditti ewlenin. 

Mudell għall-pajjiżi madwar id-dinja 

Il-GDPR huwa infurzat madwar l-UE mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data fis-27 pajjiż kollha tal-UE, li jfisser li drittijietek jiġu rispettati kull fejn tkun fl-Ewropa. 

Ir-Regolament ispira liġijiet simili dwar il-protezzjoni tad-data f’pajjiżi madwar id-dinja. Dak li beda bħala ġabra ta’ regoli Ewropej minn dak iż-żmien ’l hawn sar standard globali, li jikkontribwixxi kulma jmur għar-rikonoxximent internazzjonali tal-privatezza bħala dritt fundamentali

Il-protezzjoni tan-nies f’xenarju diġitali li qed jinbidel 

Il-GDPR mhuwiex l-uniku sett ta’ regoli. Matul l-aħħar deċennju, l-UE bniet sett wiesa’ ta’ regoli diġitali biex tipproteġi lin-nies online: 

Permezz ta’ inizjattivi bħall-pjan ta’ azzjoni dwar il-bullying ċibernetiku u l-app Ewropea għall-verifika tal-età, qed naħdmu biex niżguraw li t-tfal ikunu jistgħu jibqgħu sikuri online wkoll. 

Flimkien, dawn l-isforzi jirriflettu messaġġ sempliċi: fl-UE, id-dinja online taqdi lin-nies, mhux bil-kontra. 

Għal iktar informazzjoni 

Id-drittijiet tiegħek skont il-GDPR 

L-istorja tal-GDPR 

Nipproteġu lit-tfal online 

Ġustizzja 

L-ekonomija u s-soċjetà diġitali 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
22 Mejju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni