Fl-2024 daħlu fis-suq tal-UE madwar 4.6 biljun kunsinna ta’ valur baxx (b’valur ta’ €150 jew inqas) – 12-il miljun pakkett kuljum, li huwa d-doppju tal-volum tas-sena ta’ qabel. Ħafna minn dawn il-prodotti ma kinux konformi mal-liġijiet tal-UE u dan qanqal tħassib dwar id-dħul fl-UE ta’ prodotti li jagħmlu l-ħsara, dwar il-kompetizzjoni inġusta għall-bejjiegħa fl-UE li jimxu mal-liġi, u dwar l-impatt ambjentali ta’ konsenji ta’ prodotti fuq skala kbira. Il-Kummissjoni pproponiet l-azzjonijiet li ġejjin fis-sett ta’ għodod tagħha għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli: Riforma doganali: inħeġġu biex tiġi adottata malajr ir-Riforma tal-Unjoni Doganali u nipproponu li titneħħa l-eżenzjoni mid-dazju għal pakketti ta’ valur baxx sabiex, mingħajr dewmien, ikunu jistgħu jitwettqu regoli ġodda biex ikollna kundizzjonijiet ekwi Insaħħu l-miżuri għall-merkanzija importata: nibdew nagħmlu kontrolli kkoordinati bejn l-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq u nieħdu azzjonijiet koordinati dwar is-sikurezza tal-prodotti Nipproteġu lill-konsumaturi fis-swieq online: ninfurzaw l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, l-Att dwar is-Swieq Diġitali, ir-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti, u r-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi Nużaw l-għodod diġitali: nagħmlu superviżjoni tax-xenarju tal-kummerċ elettroniku permezz tal-passaport diġitali tal-prodotti u ta’ għodod ġodda tal-IA Insaħħu l-miżuri ambjentali: nadottaw pjan ta’ azzjoni dwar ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli u nappoġġaw it-tibdil fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart Aktar sensibilizzazzjoni: ninfurmaw lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti dwar id-drittijiet u r-riskji tagħhom Nagħtu spinta lill-kooperazzjoni u l-kummerċ internazzjonali: lis-sħab minn pajjiżi terzi noffrulhom taħriġ dwar is-sikurezza tal-prodotti fl-UE filwaqt li nindirizzaw id-dumping u s-sussidjar Il-Kummissjoni tappella lill-pajjiżi, koleġiżlaturi, u partijiet ikkonċernati tal-UE biex jaħdmu flimkien u jimplimentaw dawn il-miżuri. Fi żmien sena, se tevalwa l-effettività ta’ dawn l-azzjonijiet u tista’ tipproponi aktar miżuri jekk ikun meħtieġ. Madwar 70% tal-Ewropej jixtru regolarment online, inkluż minn pjattaformi tal-kummerċ elettroniku mhux fl-UE. Filwaqt li l-kummerċ elettroniku jġib miegħu ħafna benefiċċji għall-konsumaturi, għan-negozji, u għall-ekonomija tal-UE, jippreżenta wkoll ċerti sfidi. L-inizjattiva l-ġdida għandha l-għan li tibbilanċja l-protezzjoni tal-konsumatur, il-kompetizzjoni ġusta, u s-sostenibbiltà, filwaqt li tippromwovi suq tal-kummerċ elettroniku sikur u ta’ kwalità għolja fl-UE. Għal aktar informazzjoni Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tħabbar azzjonijiet biex tiggarantixxi s-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-importazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ elettroniku Komunikazzjoni dwar sett ta’ għodod komprensiv tal-UE għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli Skeda informattiva dwar il-Komunikazzjoni Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Komunikazzjoni Safety Gate: is-sistema ta’ twissija bikrija tal-UE għall-prodotti mhux tal-ikel perikolużi Dettalji Data tal-pubblikazzjoni5 Frar 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni