Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 25 Frar 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Awguri lill-website Europa għat-30 sena mill-bidu tiegħu!

 

Qed niċċelebraw hawn: fil-25 ta’ Frar, il-website Europa tagħna stess se jagħlaq 30 sena. Dak li beda bħala website żgħir biżżejjed biex joqgħod fuq CD-Rom issa huwa dominju web li jinkludi 800 website, li jattira madwar 300 miljun viżitatur fis-sena. Matul dawn l-aħħar 30 sena, il-website Europa baqa’ leali lejn il-missjoni oriġinali tiegħu: li jwassal l-Unjoni Ewropea aktar qrib lejn iċ-ċittadini u jikkomunika x’tagħmel l-UE għalihom. 

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-website Europa fl-1995, eżatt fil-ħin għal konferenza tal-G7 li saret dak iż-żmien. Matul dak l-avveniment, Klaus Hänsch, li dak iż-żmien kien il-President tal-Parlament Ewropew, qal: “L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-informazzjoni għandu jkun disponibbli għal kulħadd” – xi ħaġa li għadha tgħodd illum il-ġurnata. F’din l-era ta’ diżinformazzjoni, in-nies, naturalment, iridu informazzjoni affidabbli minn sorsi li jistgħu jafdaw, u dan huwa dak li jirrappreżenta d-dominju Europa. 

Il-website oriġinali Europa kien jitħaddem mill-Kummissjoni u kien jiġi ppubblikat bi tliet lingwi. Peress li l-email ma kienx għadu disponibbli b’mod wiesa’, it-tim tal-website kien jirċievi informazzjoni permezz tal-faks minn servizzi differenti u jerġa’ jittajpjaha manwalment qabel ma jippubblikaha fuq il-website. Minn dak iż-żmien ’l hawn, is-sit varja ħafna. Il-kontenut immultiplika, ġew involuti istituzzjonijiet oħra tal-UE, u t-teknoloġija kompliet tavvanza. Europa issa jippubblika informazzjoni b’24 lingwa u ċerti lingwi oħra mhux tal-UE, bħall-Ukren, iċ-Ċiniż u l-Għarbi.  

Għandna arkivji li jinkludu filmati u ritratti ta’ Europa, li wħud minnhom jimmarkaw mumenti kbar fl-istorja tagħna. Dawn jinħażnu fuq is-Servizz Awdjoviżiv tal-UE, li flimkien magħna, qed jiċċelebra wkoll anniversarju tiegħu stess. Nibagħtulhom l-isbaħ xewqat tagħna!  

Għal aktar informazzjoni 

Mill-arkivji: ara l-ewwel website Europa  

Mill-arkivji: ara l-verżjonijiet preċedenti ta’ Europa 

Mill-arkivji: stqarrija għall-istampa li tħabbar it-tnedija ta’ Europa  

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
25 Frar 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni