Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

L-UE tafferma mill-ġdid is-solidarjetà mal-Ukrajna fil-35 anniversarju minn meta reġgħet inkisbet l-indipendenza

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 24 Awwissu 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari
The Berlaymont illuminated with Ukrainian flag's colours

 

Fl-24 ta’ Awwissu, niċċelebraw Jum l-Indipendenza tal-Ukrajna. Din l-okkażjoni tinkorpora l-qlubija, ir-reżistenza u r-reżiljenza tal-poplu Ukren fid-dawl tal-gwerra vizzjuża ta’ aggressjoni tar-Russja. Tissimbolizza wkoll il-vjaġġ tal-Ukrajna matul dawn l-aħħar 35 sena biex isir pajjiż modern, demokratiku u Ewropew.  

Biex tfakkar l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ewropea tellgħet il-bandiera tal-Ukrajna quddiem il-bini Berlaymont fi Brussell, li kien imdawwal ukoll b’kuluri Ukreni. 

Hekk kif niċċelebraw dan l-istadju importanti, l-UE tafferma mill-ġdid l-impenn sod tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Sa mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa tar-Russja, ipprovdejna lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha b’assistenza umanitarja, finanzjarja u militari mingħajr preċedent. S’issa, dan l-appoġġ jammonta għal EUR 220,2 biljun

Matul dawn l-aħħar xhur, l-UE żiedet l-appoġġ tagħha għall-ekonomija u d-difiża tal-Ukrajna — minħabba li l-prosperità tal-Ukrajna hija l-prosperità tal-Ewropa, u s-sigurtà tal-Ukrajna hija s-sigurtà tal-Ewropa.   

Għamilna l-ewwel żborżi taħt is-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna ta’ EUR 90 biljun biex ngħinu nsostnu l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż u nagħtu spinta lill-kapaċitajiet ta’ difiża tiegħu. U f’Jum l-Indipendenza tal-Ukrajna, approvajna EUR 6,1 biljun f’appoġġ għas-sistemi ta’ difiża kontra attakki mill-ajru u l-missili, il-missili, il-munizzjonijiet u r-radars. 

Li nkunu spalla ma’ spalla mal-Ukrajna huwa wkoll dwar li r-Russja tinżamm responsabbli. F’Lulju, adottajna l-21 pakkett ta’ sanzjonijiet, li jkompli jirrestrinġi l-kapaċità tar-Russja li tiffinanzja l-gwerra illegali tagħha u li twettaq attakki fuq iċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili Ukreni.  

L-UE żiedet l-isforzi biex tiżgura r-ritorn ta’ tfal Ukreni ttrasferiti jew deportati bil-forza mir-Russja, u qed tiżgura li r-Russja tiffaċċja r-responsabbiltà għad-delitti tagħha permezz tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet u t-Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna.  

L-Ukrajna tappartjeni fil-familja Ewropea u fl-Unjoni Ewropea. Nibqgħu impenjati li nappoġġaw u nassistu lill-Ukrajna f’dan il-proċess. Dan is-sajf, l-Ukrajna fetħet żewġ ġabriet ta’ negozjati tal-adeżjoni, li juru l-kapaċità impressjonanti tagħha li timplimenta r-riformi anke fi żminijiet ta’ gwerra. 

Aħna nkomplu nappoġġaw lill-Ukrajna fl-insegwiment ta’ paċi komprensiva, ġusta u dejjiema, u nappoġġaw il-perkors Ewropew tagħha. 

Għal iktar informazzjoni 

Stqarrija għall-istampa — Il-Kummissjoni tapprova EUR 6,1 biljun għad-difiża tal-Ukrajna

Storja viżiva — Slava Ukraini, viva l-Ewropa

Data tal-pubblikazzjoni
24 Awwissu 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

 Suġġetti relatati