Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni tqis l-approċċ ta’ Tim Ewropa għall-bini ta’ sħubijiet internazzjonali

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 2 Ottubru 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari
Global Gateway in Cameroon

 

Dawn l-aħħar 5 snin ġabu magħhom kriżijiet globali mingħajr preċedent li l-ebda pajjiż ma seta’ jindirizza waħdu. Huwa proprju għalhekk li l-istituzzjonijiet tal-UE, il-pajjiżi tal-UE, u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp ingħaqdu flimkien biex jirrispondu, fost l-oħrajn, għall-kriżi tal-COVID-19 fl-hekk imsejjaħ spirtu ta’ Tim Ewropa. L-UE aġġornat ukoll il-mudell tagħha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, u abbandunat ir-relazzjoni tat-tip donatur‑benefiċjarju favur sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku. Dan iġib miegħu benefiċċji għall-popolazzjonijiet lokali u jsaħħaħ ir-reżiljenza fl-UE u madwar id-dinja. 

Issa l-Kummissjoni Ewropea qieset l-approċċ ta’ Tim Ewropa biex jissawru sħubijiet internazzjonali sostenibbli. Il-Kummissjoni rrapportat li l-approċċ ta’ Tim Ewropa saħħaħ l-iskop, l-impatt u l-viżibbiltà tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u implimentahom f’kuntesti spiss diffiċli, filwaqt li ddefenda b’mod konsistenti l-valuri tal-UE.  

Pereżempju, l-approċċ ta’ Tim Ewropa kien il-mekkaniżmu eżekuttiv ewlieni tal-istrateġija ta’ investiment “Global Gateway” tal-UE. Permezz ta’ investimenti pubbliċi u privati sostenibbli, il-Global Gateway hija mistennija li timmobilizza sa €300 biljun sal-2027. Sempliċement bejn l-2021 u l-2023, fil-pajjiżi sħab madwar id-dinja ġew mobilizzati €179 biljun f’investimenti. Dan mhux biss se jippermetti lis-sħab tal-UE jiżviluppaw is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħhom, iżda joħloq ukoll opportunitajiet għas-settur privat tal-UE biex jinvesti u jibqa’ kompetittiv. 

Il-Global Gateway tiffoka fuq ħames oqsma prijoritarji ta’ investiment sostenibbli madwar id-dinja: 

  • Il-klima u l-enerġija 
  • It-tranżizzjoni diġitali 
  • Il-konnettività tat-trasport 
  • Is-saħħa 
  • L-edukazzjoni u r-riċerka 

Barra minn hekk, l-UE tinvolvi ruħha f’kuntesti u pajjiżi fraġli, fejn l-għan ewlieni tal-UE huwa li tindirizza l-kawżi ewlenin tal-fraġilità u tgħin fejn jidħlu l-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien tal-popolazzjonijiet. L-UE żiedet ukoll il-ħidma tagħha biex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni permezz ta’ involviment dejjem akbar mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu. 

F’dawn l-aħħar snin, l-UE saħħet ukoll b’mod sinifikanti l-involviment multilaterali tagħha mal-istituzzjonijiet globali bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-G7/G20, u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali biex issawwar il-politiki globali. 

Għal aktar informazzjoni 

Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja 

Storja viżiva dwar Ewropa aktar b’saħħitha 

Il-Global Gateway 

Sħubijiet internazzjonali 

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tieħu kont tal-istrateġija tas-Sħubijiet Internazzjonali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza lokalment u lil hinn minnha 

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
2 Ottubru 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni