Kont taf li fl-Ewropa hawn l-akbar network ta’ żoni ambjentalment protetti fid-dinja? Aktar minn 27,000 sit naturali protetti mil-liġijiet tal-UE flimkien jiffurmaw in-network Natura 2000! Kull sena fil-21 ta’ Mejju niċċelebraw Jum Natura 2000, li fih nenfasizzaw x’qed isir biex nipproteġu l-aktar speċijiet u ħabitats prezzjużi u mhedda fl-UE.Is-siti ta’ Natura 2000 ikopru kważi wieħed minn kull ħamsa tal-art tal-UE u wieħed minn għaxra tal-ibħra tal-madwar — li huwa madwar id-daqs ta’ Spanja u l-Italja flimkien. Maħluqa mid-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats fl-1992, Natura 2000 irrivoluzzjonat il-mod kif iż-żoni protetti huma ġestiti madwar l-UE kollha. Madwar 1,200 speċi rari u mhedda u 230 tip ta’ ħabitat huma protetti bis-saħħa tan-network. In-network jgħin biex jipprovdilna servizzi vitali bħall-ilma ħelu, l-insetti dakkara u l-protezzjoni kontra l-għargħar u l-erożjoni kostali, filwaqt li jsostni madwar 4.4 miljun impjieg.M’għandniex xi ngħidu, għad fadal ħafna xi jsir biex nipproteġu l-bijodiversità tagħna. Sadanittant, hemm ukoll ħafna modi kif issir taf aktar dwar Natura 2000 u kif din qed tagħmel differenza. Tista’ pereżempju ssir taf dwar is-siti protetti qribek billi tistaqsi lil Flora. Jew tista’ tagħti ħarsa lejn il-mappa interattiva tan-network Natura 2000.Tista’ tinvolvi ruħek ukoll fil-Bioblitz ta’ din is-sena, li jsir bejn is-17 u l-25 ta’ Mejju. Din hija l-opportunità tiegħek li tikkontribwixxi għax-xjenza billi tieħu sehem fi sforz kollaborattiv biex issib u tidentifika kemm jista’ jkun speċijiet ta’ pjanti, annimali u fungi f’żona ta’ Bioblitz ta’ Natura 2000 qribek. Skopri kif tista’ tieħu sehem permezz tal-paġna tal-Jum Natura 2000 hawn taħt. Sib aktar informazzjoniNatura 2000 Jum Natura2000 Dettalji Data tal-pubblikazzjoni21 Mejju 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni