
Olivia minn Spanja kellha biss 13-il sena meta żviluppat il-Jelly Cleaner — apparat ta’ filtrazzjoni sempliċi magħmul minn żewġ fliexken tal-plastik u par tights biex jinqabdu l-mikroplastiċi u jitnaddaf l-oċean. Issa li saret Ambaxxatur tal-Patt Klimatiku Ewropew, Olivia kompliet tagħti bosta preżentazzjonijiet dwar il-Jelly Cleaner, it-tibdil fil-klima u s-saħħa tal-oċeani fl-iskejjel, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.
Id-determinazzjoni tagħha għal din il-missjoni tant għal qalbha tinħass: “It-tibdil fil-klima huwa problema globali li qed taffettwa lil kulħadd. Ikkawżajnieh aħna stess, iżda għandna s-setgħa u l-obbligu li nirrimedjaw is-sitwazzjoni.”
Jekk inti impenjat li tinforma l-komunità tiegħek dwar u l-azzjoni klimatika u tispiraha, issa għandek l-opportunità li ssir Ambaxxatur tal-Patt Klimatiku Ewropew ukoll. L-età tiegħek ma tagħmel l-ebda differenza — kulma għandek bżonn turi huwa li lest tispira u timmotiva lil ħaddieħor biex jieħu azzjoni klimatika u jġib il-bidla.
Għandek sal-31 ta’ Ottubru 2026 biex tissottometti l-applikazzjoni għall-Ambaxxatur tal-Patt Klimatiku Ewropew. L-applikazzjonijiet jiġu vvalutati skont kif jidħlu, għalhekk inħeġġuk tapplika kmieni!
X’inhu l-Patt Klimatiku?
Huwa moviment ta’ persuni li qed jieħdu azzjoni biex jgħinu jsawru Ewropa aktar nadifa u aktar reżiljenti. Il-Patt, li tnieda mill-Kummissjoni Ewropea jappoġġa l-għan tal-UE li sal-2050 issir newtrali għall-klima.
Jekk tintgħażel bħala ambaxxatur tal-patt klimatiku, se tinvolvi ruħek fil-bini ta’ komunità, tkun tista’ taqsam l-azzjonijiet u s-soluzzjonijiet klimatiċi tiegħek stess, u torganizza attivitajiet prattiċi bħal jiem ta’ tħawwil tas-siġar jew inizjattivi biex ma jintużawx il-karozzi. Se jkollok ukoll l-opportunità li tieħu sehem f’avvenimenti u skambji ta’ livell għoli fil-livelli lokali, reġjonali u tal-UE.
Se ssir parti minn komunità dejjem tikber u diversa ta’ aktar minn 1000 Ambaxxatur tal-Patt Klimatiku u għexieren ta’ organizzazzjonijiet sħab.
Tħajjar minn Olivia: “Kwalunkwe persuna tista’ tibda billi toħloq bidla f’darha stess, jew saħansitra fl-iskola jew fuq il-post tax-xogħol. Dan joħloq effett domino. Il-futur se jkun tagħna — bħalissa jinsab f’idejna. Irridu naġixxu qabel ma jkun tard wisq, għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri kollha.”
Għal aktar informazzjoni
Nagħmlu impatt — l-istejjer klimatiċi tiegħek
- Data tal-pubblikazzjoni
- 15 Ottubru 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
L-approċċ proattiv u sistemiku tal-UE għall-ġestjoni tar-riskji biex tipproteġi lill-Ewropej u lill-ekonomija tal-UE mill-impatti tat-tibdil fil-klima.
Il-Kummissjoni pproponiet emenda tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima, li tistabbilixxi mira klimatika tal-UE għall-2040 ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
L-aktar rapport Ewropew reċenti dwar l-Istat tal-Klima juri b’mod ċar l-impatt tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa u fl-Artiku.
Rapport ġdid dwar il-prestazzjoni ambjentali tas-settur tal-avjazzjoni Ewropew jistabbilixxi miżuri dwar kif innaqqsu l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima, l-istorbju u l-kwalità tal-arja, u niżguraw li l-Ewropa tilħaq l-għan tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050.