Mur għall-kontenut ewlieni

Segwi t-tfassil tal-liġijiet

Kulħadd jista’ jsegwi l-iżvilupp tal-liġijiet proposti tal-UE matul il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet.

L-istabbiliment tal-prijoritajiet fit-tfassil tal-liġi

Kull ħarifa, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ politika tagħha għas-sena ta’ wara fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni. Fuq din il-bażi hi taqbel mal-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi fil-quċċata li huma inklużi f’dikjarazzjoni konġunta annwali.

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017

Ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet

L-ippjanar u l-proposti tal-liġi

Bħala parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, l-individwi, in-negozji u l-gruppi tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jsegwu l-inizjattivi tal-Kummissjoni fl-istadji kollha tal-proċess.

Segwi l-inizjattivi ppjanati tal-Kummissjoni Ewropea

Pjanijiet direzzjonali u valutazzjonijiet tal-impatt ippubblikati reċentement li jiddeskrivu inizjattivi jew evalwazzjonijiet ġodda

Bażi tad-data tar-rapporti tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-opinjonijiet tal-bord tal-iskrutinju regolatorju

Bażi tad-data tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni Ewropea

L-adozzjoni tal-liġi

Il-partijiet interessati jistgħu jsegwu l-progress tal-inizjattivi tal-Kummissjoni kemm permezz tal-proċessi leġiżlattivi tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali. Dan jibda mit-tnedija inizjali tagħhom san-negozjati fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill u jispiċċa bl-adozzjoni finali u l-inklużjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali.

Emendi mhux essenzjali għall-inizjattivi tal-UE li m’għandhomx il-ħtieġa li jgħaddu mill-proċess sħiħ tat-tfassil tal-liġi, li jissejħu atti delegati u ta' implimentazzjoni, ukoll jistgħu jiġu segwiti fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom.

Proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal liġijiet ġodda u l-valutazzjonijiet ta’ impatt tagħhom

Segwi ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ liġi ġdida proposta

Bażi tad-data tal-opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali u t-tweġibiet tal-Kummissjoni Ewropea

Ir-Reġistru interistituzzjonali tal-atti delegati

Ir-reġistru tal-komitoloġija għall-atti ta' implimentazzjoni

L-applikazzjoni tal-liġi tal-UE

Hu possibbli wkoll li ssib liema miżuri jieħdu l-pajjiżi biex jinkorporaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li ssegwi l-proċeduri ta' ksur meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-pajjiżi tal-UE.

Miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni

Bażi tad-data tad-deċiżjonijiet ta’ ksur

L-evalwazzjoni u t-titjib ta’ liġijiet eżistenti

Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa kontinwament jekk il-liġijiet tal-UE humiex jilħqu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozju bl-inqas spejjeż possibbli. L-evalwazzjonijiet, il-kontrolli tal-idoneità, u l-programm REFIT iwasslu biex il-liġijiet tal-UE eżistenti jkunu aktar sempliċi u inqas ta’ piż biex jiġu applikati.

Hemm ukoll il-pjattaforma REFIT li tgħin tiffaċilita dan u li tiġbor flimkien esperti anzjani min-negozju, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi tal-UE biex jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar kif il-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ ssir aktar effiċjenti u effettiva filwaqt li jitnaqqas il-piż u jiġu appoġġjati l-objettivi ta’ politika.

Is-simplifikar tal-liġijiet tal-UE permezz tal-Pjattaforma REFIT

Evalwazzjonijiet u studji ppjanati - mill-2015 ’il quddiem

Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet fid-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea

Ir-rapporti mill-konsulenti esterni