L-għan tas-sigurtà fil-Kummissjoni huwa li l-Kummissjoni tkun tista’ topera f’ambjent sikur u sigur. Għalhekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tipprovdi sigurtà tal-persuni, l-assi u l-informazzjoni fil-Kummissjoni abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE. Dan jinkludi b’mod partikolari l-integrità fiżika tal-persuni u l-assi, l-integrità, il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni u s-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, kif ukoll il-funzjonament mingħajr xkiel tal-operazzjonijiet tal-Kummissjoni.
F’dan il-kuntest il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn tipproċessa d-data personali. Kwalunkwe attività ta’ pproċessar bħal din tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725 UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta'Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (test b’rilevanza għaż-ŻEE)
L-istqarrijiet ta’ privatezza dwar il-proċeduri rilevanti għas-sigurtà huma elenkati hawn taħt:
Documents
- 9 AWWISSU 2019
- 19 APRIL 2022
- français(731.92 KB - PDF)
- 6 MEJJU 2020
- français(495.62 KB - PDF)
- 19 APRIL 2022
- 2 MEJJU 2020
- 19 MARZU 2025