Mur għall-kontenut ewlieni

Oqsma ta' azzjoni tal-UE

L-Unjoni Ewropea tista' taġixxi biss f'dawk l-oqsma fejn il-pajjiżi membri tagħha jkunu awtorizzawha tagħmel dan, permezz tat-trattati tal-UE. It-trattati jispeċifikaw min jista' jgħaddi l-liġijiet f'liema oqsma: l-UE, il-gvernijiet nazzjonali jew it-tnejn li huma.

3 prinċipji

3 prinċipji jiddeterminaw kif u f'liema oqsma tista' taġixxi l-UE:

  • l-għoti ta' kompetenzi – l-UE għandha biss dik l-awtorità mogħtija mit-trattati tal-UE, li ġew ratifikati mill-pajjiżi membri kollha
  • il-proporzjonalità – l-azzjoni tal-UE ma tistax tmur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tikseb l-objettivi tat-trattati
  • is-sussidjarjetà – f'oqsma fejn jistgħu jaġixxu l-UE jew il-gvernijiet nazzjonali, l-UE tista' tintervieni biss jekk tkun tista' taġixxi b'mod aktar effettiv

L-UE biss tista' tilleġiżla

F'ċerti oqsma, l-UE biss tista' tgħaddi l-liġijiet. Ir-rwol tal-pajjiżi membri hu limitat għall-applikazzjoni tal-liġi, sakemm l-UE ma tawtorizzahomx jadottaw ċerti liġijiet huma stess. F'dawn l-oqsma, l-UE għandha dawk li t-trattati jsejħulhom kompetenzi esklużivi:

L-UE jew il-gvernijiet nazzjonali jistgħu jilleġiżlaw

F'ċerti oqsma, kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi membri jistgħu jgħaddu l-liġijiet. Iżda l-pajjiżi membri jistgħu jagħmlu dan biss jekk l-UE ma tkunx diġà pproponiet liġijiet jew iddeċidiet li ma tagħmilx dan. F'dawn l-oqsma, l-UE għandha dawk li t-trattati jsejħulhom kompetenzi kondiviżi:

Il-pajjiżi membri jilleġiżlaw, l-UE tgħin

F'ċerti oqsma, l-UE tista' biss tappoġġja, tikkoordina jew tikkomplementa l-azzjoni tal-pajjiżi membri. M'għandha ebda setgħa biex tgħaddi l-liġijiet u ma tistax tinterferixxi fl-abbiltà tal-pajjiżi membri biex jagħmlu dan. F'dawn l-oqsma, l-UE għandha dawk li t-trattati jsejħulhom kompetenzi ta' appoġġ.

L-UE għandha rwol speċjali

F'ċerti oqsma, kompetenzi speċjali jippermettu lill-UE li jkollha rwol partikolari jew li tmur lil hinn minn dak li normalment hu permess taħt it-trattati:

  • il-koordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi u tal-impjiegi
  • id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni
  • il-"klawsola tal-flessibbiltà", li taħt kundizzjonijiet stretti tippermetti lill-UE biex tieħu azzjoni barra mill-oqsma normali ta' responsabbiltà tagħha