Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

L-Istat tal-Unjoni 2025: l-inizjattivi ewlenin

Fl-10 ta’ Settembru 2025, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, għamlet l-ewwel diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni għall-mandat tagħha li jkopri l-perjodu 2024–2029. Fih, ippreżentat aġenda kuraġġuża għax-xhur li ġejjin. Spjegat viżjoni li tvarja mit-tisħiħ tal-kompetittività u tar-reżiljenza tal-Ewropa għall-approfondiment tas-sħubijiet tagħna u t-tisħiħ tas-sisien demokratiċi tagħna.

Dan għandu jkun il-mument tal-indipendenza tal-Ewropa. Nemmen li din hija l-missjoni tal-Unjoni tagħna. Li nkunu nistgħu nieħdu ħsieb id-difiża u s-sigurtà tagħna stess. Li nieħdu kontroll fuq it-teknoloġiji u l-enerġiji li se jagħtu spinta lill-ekonomiji tagħna. Li niddeċiedu x’tip ta’ soċjetà u demokrazija rridu ngħixu fihom. Li nkunu miftuħa għad-dinja u li nagħżlu li niffurmaw sħubijiet ma’ alleati – antiki u ġodda. L-għan huwa li jkollna l-libertà u s-setgħa li niddeterminaw id-destin tagħna stess. U nafu li dan kapaċi nagħmluh. Għax flimkien urejna x’inhu possibbli meta jkollna l-istess ambizzjoni, unità, u urġenza.”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen 

Il-kompetittività

  • nintensifikaw l-innovazzjoni billi nilliberaw il-potenzjal għat-teknoloġiji diġitali, permezz tal-Att tal-UE dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA kif ukoll tat-28 reġim u tal-Att Ewropew għall-Innovazzjoni
  • naħdmu biex ikollna enerġija nadifa ġġenerata fl-Ewropa stess, billi nsaħħu l-infrastruttura tal-grilji tal-enerġija permezz ta’ pakkett ġdid dwar il-grilji, u niżguraw li l-futur tat-teknoloġija nadifa jkompli jissawwar fl-Ewropa, permezz ta’ Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali
  • nissimplifikaw l-ambjent regolatorju b’sett uniku armonizzat ta’ regoli, permezz ta’ pakketti addizzjonali ta’ simplifikazzjoni “omnibus” ibbażati fuq is-sitta li diġà ġew ippreżentati
     

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar il-kompetittività

Id-difiża u s-sigurtà 

  • ninvestu fl-appoġġ lill-Istati Membri tagħna fil-fruntieri tal-Lvant b’għassa tan-naħa tal-Lvant bħala mod kif niżguraw li ma jaqbżilna l-ebda moviment ta’ xi forzi
  • nipproteġu aħjar il-fruntieri tagħna billi nsaħħu r-Regolament tagħna dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
  • id-difiża Ewropea nagħmluha aktar b’saħħitha u aktar kredibbli permezz ta’ Pjan Direzzjonali għall-prontezza tad-difiża Ewropea, li jista’ jimmobilizza sa €800 biljun f’investimenti fid-difiża , u billi noħolqu semestru Ewropew tad-difiża
  • regoli ġodda dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u reġim ġdid ta’ sanzjonijiet kontra l-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta’ bnedmin u t-traffikanti
     

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar id-difiża u s-sigurtà 

L-Ukrajna

  • nospitaw laqgħa għolja tal-koalizzjoni internazzjonali għar-ritorn tat-tfal Ukreni, bil-ħsieb li jiġi żgurat li kull tifel u tifla li nħatfu jiġu rritornati lejn darhom
  • nappoġġaw lill-pajjiż b’self marbut mar-riparazzjonijiet, sostnut minn assi Russi immobilizzati
  • invaraw programm imsejjaħ Vantaġġ Militari Kwalitattiv biex insaħħu l-forzi armati tal-Ukrajna, b’enfasi speċifika fuq id-droni
     

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar l-Ukrajna 

Il-Lvant Nofsani

  • inwaqqfu l-appoġġ bilaterali għal Iżrael, bl-esklużjoni tas-soċjetà ċivili u tal-Yad Vashem, u nipproponu sanzjonijiet kontra ministri estremisti u abitanti vjolenti tal-insedjamenti
  • nissospendu parzjalment il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u Iżrael dwar kwistjonijiet kummerċjali
  • nistabbilixxu grupp ta’ donaturi għall-Palestina, inkluż strument speċifiku għar-rikostruzzjoni ta’ Gaża
     

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar il-Lvant Nofsani

Il-ġustizzja soċjali Ewropea

  • nagħmlu l-akkomodazzjoni aktar affordabbli, aktar sostenibbli, u ta’ kwalità aħjar, bi proposti bħall-pjan għal akkomodazzjoni affordabbli
  • ninstensifikaw il-ġlieda kontra l-faqar permezz ta’ strateġija Ewropea kontra l-faqar
  • lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa nsaħħulha jdejha billi nipproponu att dwar l-impjiegi ta’ kwalità, biex niżguraw li l-impjiegi moderni jlaħħqu mar-ritmu tal-ekonomija tal-lum
  • nappoġġaw lis-soċjetà fis-sens wiesa’ tal-kelma, mill-komunitajiet rurali saż-żoni urbani, permezz ta’ strateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-aġenda għall-ibliet
     

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar il-ġustizzja soċjali Ewropea

Il-kwalità tal-ħajja

  • nippreżentaw pjan Ewropew ta’ adattament għat-tibdil fil-klima biex nintensifikaw l-isforzi tal-Ewropa dwar ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima
  • intejbu s-sigurtà tal-ikel billi nappoġġaw lill-bdiewa tagħna u lis-settur agrikolu tal-UE kollu kemm hu b’inizjattiva dwar it-tiġdid ġenerazzjonali tal-biedja u bil-pakkett omnibus dwar l-ikel
  • nipproteġu l-ħajja selvaġġa u l-ambjent permezz ta’ strateġija dwar il-bhejjem, li tinkludi elementi dwar il-benesseri tal-annimali, u tal-att dwar l-oċeani

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar il-kwalità tal-ħajja

Id-demokrazija u l-valuri tagħna

  • insaħħu l-kapaċità li nissorveljaw u nidentifikaw il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u d-diżinformazzjoni billi nistabbilixxu t-tarka Ewropea għad-demokrazija
  • nipproteġu aħjar lill-konsumaturi online permezz tal-att dwar l-ekwità diġitali u lill-utenti online b’mod aktar ġenerali b’inizjattivi bħall-pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku
  • niġġieldu kontra l-korruzzjoni bl-istrateġija kontra l-korruzzjoni kif ukoll bit-tnedija ta’ programm ġdid għar-reżiljenza tal-midja biex nipproteġu lil-midja u l-istampa indipendenti tagħna
     

 Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar id-demokrazija u l-valuri tagħna

Ewropa globali

  • naħdmu biex jiġu konklużi n-negozjati kummerċjali li għaddejjin bħalissa, bħall-ftehim storiku mal-Indja
  • insaħħu s-sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku, bħall-patt għall-Mediterran
  • inkunu minn ta’ quddiem fil-qasam tas-saħħa globali billi mmexxu ’l quddiem Inizjattiva ġdida għar-Reżiljenza tas-Saħħa Dinjija
     

Ara filmat tad-dikjarazzjoni dwar Ewropa Globali

Il-baġit tal-UE u r-riforma

  • niffinalizzaw baġit ambizzjuż li jissodisfa l-aspettattivi tal-Ewropej