Dettalji Data tal-pubblikazzjoni27 April 2017 Deskrizzjoni F’April 2017, il-Gvern Ungeriż nieda konsultazzjoni nazzjonali indirizzata lill-unitajiet domestiċi kollha Ungeriżi intitolata “Inwaqqfu lil Brussell”, li tiffoka fuq sitt kwistjonijiet speċifiċi. Bosta talbiet u allegazzjonijiet magħmula fil-konsultazzjoni huma fattwalment żbaljati jew qarrieqa ħafna. Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tiċċara l-affarijiet - abbażi ta’ fatti konkreti. Pretensjoni falza: “Brussell trid tobbligana nabolixxu tnaqqis fil-ħlasijiet tal-utilitajiet pubbliċi” Il-verità: Il-Kummissjoni tikkondividi l-objettiv tal-Gvern Ungeriż li jkollu enerġija affordabbli għall-unitajiet domestiċi. L-aħjar mod biex dan jinkiseb hu li jiġu stabiliti swieq tal-enerġija kompetittivi u jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija u l-innovazzjoni, u li naħdmu flimkien fil-livell Ewropew biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Pretensjoni falza: “Brussell trid iġġiegħel lill-Ungerija tħalli l-immigranti illegali jidħlu” Il-verità: L-Unjoni Ewropea qed tiġġieled kontra l-migrazzjoni irregolari u qed tgħin lill-Istati Membri biex jimmaniġġjaw il-fruntieri esterni tagħhom. Pretensjoni falza: “L-immigranti illegali li jkunu mixjin lejn l-Ungerija huma mħeġġa jagħmlu atti illegali mhux biss mit-traffikanti iżda wkoll minn xi organizzazzjonijiet internazzjonali” Il-verità: L-Unjoni Ewropea għandha politika ta’ tolleranza zero rigward it-traffikar tal-bnedmin u ħadet azzjoni tul ħafna snin biex tiġġieled dan l-att kriminali ta’ sfruttament. Pretensjoni falza: “Dejjem iktar organizzazzjonijiet appoġġati minn pajjiżi barranin joperaw fl-Ungerija bl-għan li jindaħlu fl-affarijiet interni b’mod mhux trasparenti” Il-verità: Il-kundizzjonijiet li taħthom Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs) iwettqu l-attivitajiet tagħhom huma fil-prinċipju kwistjoni ta’ liġi nazzjonali. Min-naħa tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha regoli stretti dwar it-trasparenza u l-lobbying tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Pretensjoni falza: “Brussell qed tattakka l-miżuri tagħna għall-ħolqien ta’ impjiegi” Il-verità: La l-Kummissjoni u l-anqas l-Unjoni Ewropea ma qed tattakka l-politiki Ungeriżi li joħolqu l-impjiegi. Pretensjoni falza: “Brussell qed tattakka pajjiżna minħabba t-tnaqqis fit-taxxa” Il-verità: Il-Kummissjoni Ewropea ma tindaħalx fil-politika ta’ taxxa nazzjonali, u lanqas ma tipproponi li tagħmel dan. Ir-regoli ta’ taxxa tal-UE għandhom jiġu maqbula mill-Istati Membri kollha b’mod unanimu, li jfisser li r-regoli kollha attwali ġew approvati mill-gvern Ungeriż. Files 27 APRIL 2017Il-fatti għandhom importanza: It-tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea għall-Konsultazzjoni Nazzjonali UngeriżaLingwi oħrajn (22)български(338.83 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(344.22 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(350.93 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(343 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(367 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(326.85 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(350.32 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(184.81 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(363.67 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(348.61 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(347.01 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(348.83 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(344.29 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(186.41 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(338.06 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(356.79 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(345.38 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(438.36 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(365.88 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(338.49 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(330.97 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(339.31 KB - PDF)Iddawnlowdja