Page contents Page contents Dwar Europa Analytics L-Europa Analytics hu s-servizz korporattiv li jissorvelja u jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq Europa.Kemm l-infrastruttura kif ukoll is-software huma taħt il-kontroll sħiħ tal-Kummissjoni Ewropea u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.Il-protezzjoni tal-privatezza tal-Europa Analytics ġew ivvalidati mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea.Europa Analytics jinżamm mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali tal-Kummissjoni u jingħata bħala servizz lis-sidien tas-siti web fil-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat li l-komunikazzjoni online tagħna tkun immirata, rilevanti u kosteffiċjenti.Is-servizz huwa preżenti fuq siti u paġni web li huma proprjetà tal-Kummissjoni taħt id-dominju europa.eu u d-dominji sekondarji tiegħu, iżda jiġi implimentat prinċipalment fuq id-dominju sekondarju tal-Kummissjoni ec.europa.eu.Il-Kummissjoni Ewropea timmaniġġja s-sit web interistituzzjonali (paġni tal-ogħla livell tad-dominju europa.eu) f’isem l-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Is-servizz tal-Europa Analytics huwa preżenti wkoll fil-paġni ta’ fuq tas-sit web europa.eu iżda jeħtieġ kunsens separat.L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea attwalment jużaw is-sistemi ta’ analiżi tagħhom stess. Żur il-paġni tal-avviż legali tagħhom għal aktar informazzjoni. Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u miżuri Cookies tal-ewwel partiL-Europa Analytics huwa kkonfigurat li juża d-dominju europa.eu (użat mis-siti web tal-istituzzjonijiet Ewropej) u li jaħżen cookies tal-ewwel parti li jiskadu u li se jitneħħew awtomatikament mill-apparat tal-utent wara 13-il xahar.Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tal-viżitatur. Hemm żewġ tipi ta’ cookies – cookies tas-sessjoni u cookies persistenti.Il-cookies użati mill-Europa Analytics jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea tiġbor l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi li tintuża għat-tħejjija ta’ rapporti statistiċi anonimi u aggregati tal-attività tal-viżitaturil-indirizz tal-protokoll tal-internet (IP) (anonimizzat)il-lokalità: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi (ġeolokazzjoni)data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)titlu tal-paġna murija (titlu tal-paġna)URL tal-paġna murija (URL tal-paġna)URL tal-paġna li ntweriet qabel il-paġna attwali (URL riferjali)riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utentħin lokali fiż-żona ta’ ħin tal-viżitaturifajls li ġew ikklikkjati u ddawnlowdjati (download)links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (outlink)ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni: il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mill-webserver u mbagħad biex jiġu ddawnlowdjati mill-viżitatur (page speed)lingwa prinċipali tal-browser li qed tintuża (accept language header)verżjoni tal-browser, plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java,), verżjoni tas-sistema operattiva, identifikatur tal-apparat (user agent header)lingwa tal-paġna miżjurakampanjitfittxija tas-sitavvenimentiBiex tittejjeb il-preċiżjoni tar-rapporti, ċerta informazzjoni tinħażen ukoll fil-cookies tal-ewwel parti u mbagħad tinġabar mill-Europa Analytics:ID każwali unika tal-viżitaturħin tal-ewwel żjara mill-viżitatur speċifikuħin taż-żjara ta’ qabel mill-viżitatur speċifikunumru ta’ żjarat mill-viżitatur speċifikuIl-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà sħiħa u l-kontroll kollu tad-data miġbura permezz tal-cookies tal-ewwel parti billi taħżen id-data fuq servers ikkontrollati totalment mill-Kummissjoni Ewropea.Id-data miġbura ma fiha l-ebda informazzjoni personali u l-ID tal-viżitatur uniku b’mod każwali li tiġi ġġenerata mis-software ma tistax tintuża biex jiġi identifikat viżitatur partikolari. Id-data ma tingħata lil ebda organizzazzjoni oħra għal skopijiet ta’ promozzjoni, riċerka tas-suq jew kummerċjali. Preferenza “do not track” “Do Not Track” hi teknoloġija li tippermetti opt-out lill-viżitaturi milli jiġu ttrekkjati minn siti web tkun xi tkun ir-raġuni, inklużi l-użu ta’ servizzi analitiċi, in-networks ta’ reklamar u l-pjattaformi soċjali.Biex tattiva l-opzjoni “Do not track” fil-browser tiegħek segwi l-link rispettiva hawn taħt:FirefoxInternet ExplorerMicrosoft EdgeChromeSafariOperaJekk il-browser preferut tiegħek mhuwiex fil-lista msemmija hawn fuq tal-browsers, żur is-sit web tal-bejjiegħ għal aktar informazzjoni. Kunsens biex tinġabar l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek għal statistika anonimizzata Meta tiftaħ paġna tal-Europa Analytics, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tkun irreġistrata mis-servizz. Fl-istess ħin jista’ jidher banner apposta, li jagħtik il-possibbiltà li taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.Jekk tirrifjuta l-cookies, se twaqqaf ukoll is-servizz tal-Europa Analytics. Iżda jekk tagħżel li tikkontribwixxi l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-siti web tagħna bħala parti mill-istatistika anonima, se tippermettilna ntejbu b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-komunikazzjoni tagħna, is-sensibilizzazzjoni tagħha u l-kosteffiċjenza tagħha.Jekk attivajt l-għażla “Do not track” fil-browser tiegħek, se nirrispettaw l-għażla tiegħek u l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tal-Kummissjoni mhix se tiġi pproċessata mis-servizz.L-għażla li ma tipparteċipax fl-istatistika anonimizzata tal-Europa Analytics ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fuq is-siti tagħna. Tista’ tiddeċiedi li tirtira jew tagħti l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin. Biex tara l-istatus attwali tiegħek u timmaniġġja l-kunsens tiegħek, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa korrispondenti hawn taħt: Aċċess ristrett għall-informazzjoni Id-data analitika kollha dwar il-komunikazzjoni hi kkriptata permezz tal-protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi anonimizzati ġġenerati mill-Europa Analytics jistgħu jiġu aċċessati biss permezz tal-EU Login mill-persunal tal-istituzzjoni Ewropea jew minn sottokuntratturi esterni awtorizzati, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew jżommu b’mod regolari ċerti siti. Immaskjar tal-indirizzi IP tal-viżitaturi L-Europa Analytics juża mekkaniżmu biex titneħħa l-identifikazzjoni tal-IP li awtomatikament jgħatti porzjon mill-IP ta’ kull viżitatur, u b’hekk jagħmilha effettivament impossibbli li jiġi identifikat xi viżitatur partikolari fuq Europa.Innota li għal għanijiet ta’ statistika, il-belt u l-pajjiż ta’ oriġini jiġu ddeterminati mill-indirizz sħiħ tal-IP, imbagħad jinħażnu u jiġu aggregati qabel ma tiġi applikata l-maskra ta’ anonimizzazzjoni. Logs tal-viżitaturi L-Europa Analytics awtomatikament tħassar id-data anonimizzata u mhux aggregata wara 13-il xahar.Id-data anonimizzata u aggregata tinħażen għal perjodu indefinit mill-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta’ analiżi. Kuntatt Kwalunkwe kwistjoni speċifika rigward il-ħżin u l-użu tad-data tal-Europa Analytics tista’ tintbagħat permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq europa.eu Links relatati Politika ta’ privatezza għas-sit web tal-Unjoni EwropeaL-avviż legali tal-Kummissjoni EwropeaIl-politika dwar il-cookies