Dwar Europa Analytics
L-Europa Analytics hu s-servizz korporattiv li jissorvelja u jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq Europa
Kemm l-infrastruttura kif ukoll is-software huma taħt il-kontroll sħiħ tal-Kummissjoni Ewropea u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.
Il-protezzjoni tal-privatezza tal-Europa Analytics ġew ivvalidati mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea.
L-Europa Analytics jinżamm mid-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni u jingħata bħala servizz lis-sidien tas-siti web fil-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat li l-komunikazzjoni online tagħna tkun immirata, rilevanti u kosteffiċjenti.
Is-servizz huwa preżenti fuq siti u paġni web li huma proprjetà tal-Kummissjoni taħt id-dominju europa.eu. u d-dominji sekondarji tiegħu, iżda jiġi implimentat prinċipalment fuq id-dominju sekondarju tal-Kummissjoni ec.europa.eu.
Il-Kummissjoni Ewropea timmaniġġja s-sit web interistituzzjonali (paġni fil-livell ta’ fuq nett tad-dominju europa.eu) f’isem l-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Is-servizz tal-Europa Analytics huwa preżenti wkoll fil-paġni ta’ fuq tas-sit web europa.eu iżda jeħtieġ kunsens separat. Il-politika dwar il-privatezza għas-sit web interistituzzjonali hu disponibbli hawnhekk.
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea attwalment jużaw is-sistemi ta’ analiżi tagħhom stess. Żur il-paġni tal-avviż legali tagħhom għal aktar informazzjoni.
Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-<em>data</em> u miżuri
Cookies tal-ewwel parti
L-Europa Analytics huwa kkonfigurat li juża d-dominju europa.eu (użat mis-siti web tal-istituzzjonijiet Ewropej) u li jaħżen cookies tal-ewwel parti li jiskadu u li se jitneħħew awtomatikament mill-apparat tal-utent wara 13-il xahar.
Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tal-viżitatur. Hemm żewġ tipi ta’ cookies – cookies tas-sessjoni u cookies persistenti.
Aqra aktar dwar il-cookies tagħna hawnhekk
Il-cookies użati mill-Europa Analytics jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea tiġbor l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi li tintuża għat-tħejjija ta’ rapporti statistiċi anonimi u aggregati tal-attività tal-viżitaturi
- l-indirizz tal-protokoll tal-internet (IP) (anonimizzat)
- lokalità: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u l-lonġitudni approssimattivi (ġeolokazzjoni)
- data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
- titlu tal-paġna murija (titlu tal-paġna)
- URL tal-paġna murija (URL tal-paġna)
- URL tal-paġna li ntweriet qabel il-paġna attwali (URL riferjali)
- riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
- ħin lokali fiż-żona ta’ ħin tal-viżitaturi
- files li ġew ikklikkjati u ddawnlowdjati (download)
- links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (outlink)
- ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni: il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mill-webserver u mbagħad biex jiġu ddawnlowdjati mill-viżitatur (page speed):
- lingwa prinċipali tal-browser li qed tintuża (accept language header)
- verżjoni tal-browser, plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java, ...), verżjoni tas-sistema operattiva, identifikatur tat-tagħmir (user agent header)
- lingwa tal-paġna miżjura
- kampanji
- tfittxija tas-sit
- avvenimenti
Biex tittejjeb il-preċiżjoni tar-rapporti, ċerta informazzjoni tinħażen ukoll fil-cookies tal-ewwel parti u mbagħad tinġabar mill-Europa Analytics:
- ID każwali unika tal-viżitatur
- ħin tal-ewwel żjara mill-viżitatur speċifiku
- ħin taż-żjara ta' qabel mill-viżitatur speċifiku
- numru ta' żjarat mill-viżitatur speċifiku
Il-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà sħiħa u l-kontroll kollu tad-data miġbura permezz tal-cookies tal-ewwel parti billi taħżen id-data fuq servers ikkontrollati totalment mill-Kummissjoni Ewropea.
Id-data miġbura ma fiha l-ebda informazzjoni personali u l-ID tal-viżitatur uniku b’mod każwali li tiġi ġġenerata mis-software ma tistax tintuża biex jiġi identifikat viżitatur partikolari. Id-data ma tingħata lil ebda organizzazzjoni oħra għal skopijiet ta' promozzjoni, riċerka tas-suq jew kummerċjali.
Preferenza "do not track"
"Do Not Track" hi teknoloġija li tippermetti opt-out lill-viżitaturi milli jiġu ttrekkjati minn siti web tkun xi tkun ir-raġuni inklużi l-użu ta' servizzi analitiċi, in-networks ta' reklamar u l-pjattaformi soċjali.
Biex tattiva l-opzjoni “Do not track” fil-browser tiegħek segwi l-link rispettiva hawn taħt:
Jekk il-browser preferut tiegħek mhuwiex fil-lista msemmija hawn fuq tal-browsers, żur is-sit web tal-bejjiegħ għal aktar informazzjoni.
Kunsens biex tinġabar l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek għal statistika anonimizzata
Meta tiftaħ paġna tal-Europa Analytics, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tkun irreġistrata mis-servizz. Fl-istess ħin jista’ jidher banner apposta, li jagħtik il-possibbiltà li taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.
Jekk tirrifjuta l-cookies, se twaqqaf ukoll is-servizz tal-Europa Analytics. Iżda jekk tagħżel li tikkontribwixxi l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-siti web tagħna bħala parti mill-istatistika anonima, se tippermettilna ntejbu b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-komunikazzjoni tagħna, is-sensibilizzazzjoni tagħha u l-kosteffiċjenza tagħha.
Jekk attivajt l-għażla “Do not track” fil-browser tiegħek, se nirrispettaw l-għażla tiegħek u l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tal-Kummissjoni mhix se tiġi pproċessata mis-servizz.
L-għażla li ma tipparteċipax fl-istatistika anonimizzata tal-Europa Analytics ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fuq is-siti tagħna. Tista’ tiddeċiedi li tirtira jew tagħti l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin. Biex tara l-istatus attwali tiegħek u timmaniġġja l-kunsens tiegħek, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa korrispondenti hawn taħt:
Aċċess ristrett għall-informazzjoni
Id-data analitka kollha dwar il-komunikazzjoni hi kkriptata permezz tal-protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi anonimizzati ġġenerati mill-Europa Analytics jistgħu jiġu aċċessati biss permezz tas-Sistema ta’ Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS) mill-istaff tal-istituzzjonijiet Ewropej jew minn sottokuntratturi esterni awtorizzati, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew jżommu b'mod regolari ċerti siti.
Immaskjar tal-indirizzi IP tal-viżitaturi
L-Europa Analytics juża mekkaniżmu biex titneħħa l-identifikazzjoni tal-IP li awtomatikament jgħatti porzjon mill-IP ta' kull viżitatur, u b’hekk jagħmilha effettivament impossibbli li jiġi identifikat xi viżitatur partikolari fuq Europa.
Innota li għal għanijiet ta’ statistika, il-belt u l-pajjiż ta’ oriġini jiġu ddeterminati mill-indirizz sħiħ tal-IP, imbagħad jinħażnu u jiġu aggregati qabel ma tiġi applikata l-maskra ta’ anonimizzazzjoni.
Logs tal-viżitaturi
L-Europa Analytics awtomatikament tħassar id-data anonimizzata u mhux aggregata wara 13-il xahar.
Id-data anonimizzata u aggregata tinħażen għal perjodu indefinit mill-Kummissjoni Ewropea għal skopijiet ta’ analiżi.
Kuntatt
Kwalunkwe kwistjoni speċifika rigward il-ħżin u l-użu tad-data tal-Europa Analytics tista’ tintbagħat permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq europa.eu