Mur għall-kontenut ewlieni
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 15 Novembru 2023
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Il-Jum għall-Pagi Ndaqs: in-nisa fl-UE għadhom jaqilgħu 13% inqas mill-irġiel

An employer and his employee in a coffee shop shaking hands in agreement

 

In-nisa fl-Unjoni Ewropea għadhom jaqilgħu inqas mill-irġiel – id-differenza medja fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE hija ta’ 13%. Dan ifisser li għal kull €1 li jaqla’ raġel, mara taqla’ biss €0.87.

Il-Jum għall-Pagi Ndaqs jimmarka d-data li tissimbolizza kemm-il ġurnata żejda n-nisa jridu jaħdmu sal-aħħar tas-sena biex jaqilgħu dak li jkunu qalgħu l-irġiel fl-istess sena. Din is-sena dal-jum jaħbat fil-15 ta’ Novembru. Dan iservi biex ifakkarna biex inkomplu bl-isforzi tagħna biex innaqqsu d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.

Fid-dawl ta’ dan il-jum simboliku, Věra Jourová, il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, u Helena Dalli, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, fakkru li paga ugwali għall-istess xogħol jew xogħol ta’ valur ugwali kien wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE. Dan il-prinċipju ġie stabbilit kważi 70 sena ilu u għadu ma ntlaħaqx. Din is-sena, il-progress fit-tnaqqis tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri kien bil-mod – tfakkira li l-istereotipi tal-ġeneri għadhom jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel fl-isferi kollha tal-ħajja. Huma enfasizzaw li “ebda kumpanija m’għandha tħallas inqas lin-nisa jekk il-ħiliet, l-isforz, ir-responsabbiltà u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jaqblu ma’ dawk tal-kollegi rġiel tagħhom”.

Il-Kummissjoni Ewropea għamlet passi importanti biex tavvanza l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE permezz tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri. S’issa, hi adottat:

  • leġiżlazzjoni ġdida dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi
  • id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi li tippermetti lill-ħaddiema jinfurzaw id-dritt tagħhom għal paga ugwali u ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja għal dawk li ffaċċjaw diskriminazzjoni fil-pagi.

Il-Kummissjoni nediet ukoll kampanja biex tisfida l-istereotipi marbuta mal-ġeneri li tiġbed l-attenzjoni għall-istereotipi tal-ġeneri fl-għażliet tal-karriera, l-indukrar u t-teħid tad-deċiżjonijiet.

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri tibqa’ waħda mill-prijoritajiet politiċi ewlenin għal din il-Kummissjoni.

Għal aktar informazzjoni

Il-Jum għall-Pagi Ndaqs

Dikjarazzjoni: Id-Differenza fil-Pagi bejn il-Ġeneri għadha ta’ 13% fil-Jum għall-Pagi Ndaqs

Is-sitwazzjoni tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE

Skeda informattiva: Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE u lil hinn minnha

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-liv tal-familja u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Dikjarazzjoni: Ugwaljanza bejn il-Ġeneri: L-UE qed tkisser is-saqaf tal-ħġieġ bis-saħħa ta’ miri ġodda ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet tal-kumpaniji

Stqarrija għall-istampa: It-Trasparenza fil-Pagi: il-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tiżgura pagi ndaqs għal xogħol ugwali

#EndGenderStereotypes

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri - l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

Studju tal-Eurostat dwar id-differenza fil-pagi bejn il-Ġeneri fl-Unjoni Ewropea

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
15 Novembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni