Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Mur għum għawma: L-ilmijiet għall-għawm fl-Ewropa huma nodfa

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Ġunju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari
Beach with people on in Cyprus

 

Is-sajf magħna, u wasal iż-żmien li noħorġu l-malji. Fl-Ewropa ssib bosta bajjiet u lagi fejn tista’ tmur. Skont l-aħħar rapport tal-UE dwar l-ilma għall-għawm, il-biċċa l-kbira tal-ilmijiet jilħqu standards “eċċellenti” – aħbar tajba għal dawk li jħobbu l-għawm.  

Mit-22,200 sit tal-għawm fl-Ewropa li ġew immonitorjati, madwar 85% jilħqu l-istandard għoli “eċċellenti”, filwaqt li 96% tas-siti kollha mmonitorjati fl-UE jilħqu l-istandard minimu ta’ kwalità. 1.5% biss huma kklassifikati bħala ta’ kwalità “fqira”.  

L-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru u l-Greċja għandhom l-ogħla proporzjon ta’ ilmijiet għall-għawm ta’ kwalità eċċellenti. Ix-xmajjar u l-lagi għandhom rata kemxejn aktar baxxa ta’ ilma għall-għawm “eċċellenti” (78%) meta mqabbla mal-ilmijiet kostali (88%). 

Din il-kwalità għolja tal-ilmijiet għall-għawm fl-Ewropa ġejja l-aktar mill-impatt sostnut tal-liġijiet tal-UE dwar il-kwalità tal-ilma. Dan jinkludi: 

  • prattiki mtejba ta’ monitoraġġ u ġestjoni 
  • investiment f’impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban 
  • ġbir aħjar tal-ilma mormi 
  • valutazzjoni mtejba ta’ ċerti algi li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għan-natura 

Bis-saħħa ta’ dawn l-isforzi kontinwi, illum in-nies jistgħu jgħumu f’ħafna ilmijiet u xmajjar urbani li qabel kienu mniġġsa ħafna.  

Jekk tixtieq tara fejn l-aħjar tgħum dan is-sajf, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ħejjiet mappa interattiva li tindika s-siti tal-għawm l-aktar sikuri fl-Ewropa. 

Mur aqbeż qabża! 

Għal aktar informazzjoni 

Ir-rapport tal-UE dwar l-ilma għall-għawm 

Mappa interattiva tas-siti tal-għawm l-aktar sikuri fl-Ewropa 

Stqarrija għall-istampa: L-ilmijiet għall-għawm fl-Ewropa huma sikuri għall-għawm 

Nipproteġu l-oċeani flimkien

 

Data tal-pubblikazzjoni
19 Ġunju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni