L-oċean jifforma l-ekonomiji tagħna, is-sistemi tal-ikel tagħna, anke l-arja li nieħdu n-nifs minnha. Biex tipproteġi aħjar l-oċean tagħna, il-Kummissjoni adottat Patt Ewropew dwar l-Oċeani, li se jgħin biex titħeġġeġ ekonomija blu b’saħħitha u jiġi appoġġat il-benesseri tan-nies li jgħixu fiż-żoni kostali. Fis-Summit tan-NU dwar l-Oċeani tal-2025, il-President von der Leyen ħabbret investiment ta’ $1 biljun b’appoġġ għall-konservazzjoni tal-oċeani, ix-xjenza u s-sajd sostenibbli.Dan il-Patt dwar l-Oċeani jlaqqa’ flimkien il-politiki tal-UE dwar l-oċeani taħt qafas uniku u kkoordinat. Se jagħmel dan permezz ta’ approċċ kollaborattiv bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-partijiet ikkonċernati tal-UE, inklużi s-sajjieda, l-innovaturi, l-investituri, ix-xjenzati, u s-soċjetà ċivili. Sitt oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni se jiddefinixxu din il-ħidma, jiġifieriil-protezzjoni u r-restawr tas-saħħa tal-oċeani billi jiġu appoġġati l-pajjiżi tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jirrestawraw il-ħabitats kostali tal-baħar degradatispinta lill-kompetittività tal-ekonomija blu sostenibbli tal-UE inkluż billi tissaħħaħ l-industrija marittima tal-UE u billi tiġi introdotta Strateġija ta’ Tiġdid Ġenerazzjonali Blu, biex jitrawwem l-aċċess għal professjonisti żgħażagħ fir-riċerka tal-baħar, fit-teknoloġija tal-oċeani, u fis-sajd sostenibbliappoġġ għall-komunitajiet kostali u tal-gżejjer, u r-reġjuni ultraperiferiċi billi jiġu ppreżentati strateġiji ġodda jew aġġornati għal dawn ir-reġjuni u l-komunitajietit-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża marittima billi jissaħħu l-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta tal-UE u s-sigurtà tal-fruntieri marittimil-avvanz tar-riċerka, l-għarfien, il-ħiliet u l-innovazzjoni tal-oċeani billi tiġi proposta Inizjattiva ambizzjuża tal-UE għall-Osservazzjoni tal-Oċeaniit-tisħiħ tad-diplomazija tal-UE dwar l-oċeani u l-governanza internazzjonali tal-oċeani billi tissaħħaħ il-ġlieda tagħha kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolatIl-Kummissjoni impenjat ruħha li tnaqqas bin-nofs it-tniġġis mill-plastik u tan-nutrijenti u tirrestawra 20 % tal-ekosistemi tal-baħar tal-Ewropa sal-2030. Il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani se jiġi kkomplementat minn att dwar l-oċeani sal-2027, li se jgħin biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-patt. Se jintuża dashboard tal-Patt tal-UE dwar l-Oċeani biex jiġi segwit il-progress. Għal aktar informazzjoniStqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni Ewropea tadotta l-Patt Ewropew għall-Oċeani għal oċean b’saħħtu, ekonomija blu kompetittiva u komunitajiet kostali prosperiAktar informazzjoni dwar il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani Dettalji Data tal-pubblikazzjoni11 Ġunju 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni