Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 13 Awwissu 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 3 min qari

Għandek xi mistoqsija dwar l-UE? Ikkuntattjana!

An installation with the telephone number of the Europe Direct contact centre

 

Tixtieq tkun taf kif tapplika għall-finanzjament tal-UE jew kif tittrasferixxi l-pensjoni tiegħek lejn pajjiż ieħor tal-UE? Għandek bżonn l-għajnuna biex issib liema huma l-għotja jew il-borża ta’ studju tal-UE li teħtieġ? Jew forsi għandek xi mistoqsijiet dwar il-kumpens għal titjira li ttardjat? Jekk qed tfittex tagħrif dwar il-politiki tal-UE jew dwar drittijietek bħala ċittadin tal-UE, jew inkella sempliċiment trid issir taf aktar dwar ħidmet l-UE, hemm diversi modi kif tikkuntattjana.

Ċemplilna jew ejja f’wieħed miċ-ċentri ta’ kuntatt tal-Europe Direct

Tista’ titkellem ma’ operatur, bla ħlas, billi ċċempel + 800 6 7 8 9 10 11 minn kwalunkwe post fl-UE. Is-servizz huwa disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9:00 sas-18:00 (CET). Tista’ tagħmel kwalunkwe mistoqsija relatata mal-UE.

Tista’ wkoll taqbeż qabża saċ-ċentru lokali tiegħek tal-Europe Direct. Imferrxin madwar l-UE hemm madwar 400 ċentru biex jgħinu liċ-ċittadini jifhmu aħjar kif taħdem l-UE. Tista’ tiltaqa’ mal-membri tal-persunal tagħhom, tikseb tagħrif ġenerali dwar l-UE, u tiddiskuti kwalunkwe mistoqsija, politika, jew opportunità relatati mal-UE.

Agħmel kuntatt mal-UE online

Biex tkun taf bl-aħħar aħbarijiet u opportunitajiet, tista’ ssegwi lill-istituzzjonijiet tal-UE fuq il-midja soċjali. Tista’ tikteb lill-Kummissjoni Ewropea fuq il-Messenger bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE, u nweġbuk fis-sigħat tax-xogħol fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa, mid-9:00 sas-18:00 (CET). Inkella, tista’ timla l-formola ta’ kuntatt, u tirċievi tweġiba f’temp ta’ tlett ijiem tax-xogħol.

Żur iċ-ċentru Experience Europe jew l-istituzzjonijiet tal-UE

Jekk tkun Brussell, tista’ żżur iċ-ċentru tal-wirjiet Experience Europe, fejn tista’ ssir taf dwar il-ħidma, il-prijoritajiet, u l-politiki tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll dwar il-valuri tal-UE. Ikun miftuħa sebat ijiem fil-ġimgħa, id-dħul b’xejn, u m’hemmx bżonn ta’ reġistrazzjoni minn qabel għall-individwi jew għal gruppi ta’ inqas minn 10.

Għal gruppi akbar, bħal tal-istudenti, tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea, li jorganizza l-programmi taż-żjarat. Il-prenotazzjonijiet iridu jsiru mill-inqas 10 ġimgħat bil-quddiem għaż-żjarat fiżiċi u seba’ ġimgħat bil-quddiem għaż-żjarat virtwali.

Istituzzjonijiet oħrajn tal-UE huma wkoll miftuħin għall-viżitaturi mill-Ewropa u minn madwar id-dinja. L-aħjar żmien biex iżżurna huwa Jum l-Ewropa, f’Mejju, meta l-istituzzjonijiet tal-UE fi Brussell u fi Strasburgu jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku. Tista’ tesplora kif jaħdmu ta’ kuljum u ssir taf aktar dwar l-UE. Jekk ma tistax iżżurna personalment, tista’ tagħmel żjara virtwali.

Ikkuntattja lill-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni 

F’kull pajjiż tal-UE hemm rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, fejn tista’ tipparteċipa f’avvenimenti jew titlob informazzjoni.

L-UE tinkoraġġixxi l-komunikazzjoni miftuħa u t-trasparenza, li jagħmluha faċli biex kulħadd ikun jista’ jiġi infurmat u jipparteċipa.

Għal aktar informazzjoni

Ikkuntattja lill-UE

Żur il-Kummissjoni Ewropea

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
13 Awwissu 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni