Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Strateġija tal-UE għall-bidliet li qed iseħħu b’rata mgħaġġla fl-Artiku

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 20 Ottubru 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari
A picture of an Arctic landscape by the sea

L-Artiku qed jinbidel b’ħeffa. It-tibdil fil-klima, it-tensjonijiet ġeopolitiċi, il-kompetizzjoni strateġika, l-attività militari, u r-rotot ġodda tat-tbaħħir qed jiddefinixxu mill-ġdid ix-xenarju tas-sigurtà u ekonomiku tal-Artiku. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw strateġija ġdida għall-Artiku — qafas ġdid ta’ kooperazzjoni ma’ ġirien tat-Tramuntana li jaħsbuha bl-istess mod, li jpoġġi fiċ-ċentru lin-nies, is-sigurtà, il-klima, u l-prosperità.

L-erba’ prijoritajiet ta’ din l-istrateġija huma:

  • it-tisħiħ tas-sigurtà u tar-reżiljenza fl-Artiku biex titjieb il-preparatezza, tiġi protetta l-infrastruttura kritika, u tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li topera fil-kundizzjonijiet tal-Artiku. Din il-ħidma se tkun appoġġata minn ċentru ġdid tas-sigurtà marittima
  • ir-rispons għall-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima billi nsaħħu r-riċerka dwar il-klima u nagħtu sostenn għal risponsi effettivi
  • il-bini ta’ Artiku ekonomikament sigur permezz taċ-ċentru ta’ riċerka polari l-ġdid tal-UE u billi nsaħħu l-Uffiċċju Ewropew tal-Koordinazzjoni Polari
  • il-ħolqien ta’ opportunitajiet għan-nies fl-Artiku billi nagħtu sostenn lill-gvernijiet lokali tal-Artiku biex jiġu affrontati l-isfidi komuni

B’aktar minn nofs miljun ċittadin tal-UE fir-Renju tad-Danimarka, fil-Finlandja, u fl-Iżvezja, l-UE tagħmel parti mill-Artiku. Dan ir-reġjun qed jisħon kważi erba’ darbiet aktar malajr mill-medja globali, u dan qed jaffettwa l-ekosistemi filwaqt li jwassal għal tibdil fil-mezzi tal-għajxien u fil-komunitajiet. 

Permezz tal-miżuri konkreti ta’ din l-istrateġija l-ġdida, l-UE qed tfittex li tippromwovi Artiku stabbli u orjentat lejn il-futur, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab u l-komunitajiet tal-Artiku.

Għal aktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa — L-UE tistabbilixxi Strateġija ġdida għall-Artiku

Skeda informattiva — Il-Viċinat tat-Tramuntana tal-Ewropa: Strateġija ġdida tal-UE għall-Artiku

L-UE u l-Artiku 

 

Data tal-pubblikazzjoni
20 Ottubru 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

Aħbarijiet relatati

  • Artiklu tal-aħbarijiet

Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet pjan biex ir-reġjuni tal-UE li jmissu mar-Russja, mal-Belarussja, u mal-Ukrajna jsiru postijiet aktar siguri, reżiljenti, u attraenti fejn wieħed jgħix u jaħdem.

2 min qari
  • Artiklu tal-aħbarijiet

Sir af dwar is-sistema diġitali tal-fruntieri tal-UE għal ċittadini mhux tal-UE, kif se taħdem, u kif tagħmel il-kontroll tal-fruntieri tal-UE aktar sigur, effiċjenti u aktar rapidu

2 min qari
  • Press release

The EU put forward a new strategy for a secure, prosperous and resilient Blac Sea region, to boost connections and growth by linking Europe with the South Caucasus, Central Asia, and beyond. It will also reinforce the EU’s geopolitical role as a reliable actor in the region.

8 min qari