Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 17 Ġunju 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Il-Kummissjoni tipproponi pjan għall-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass u taż-żejt mir-Russja

Construction of a gas pipeline

 

Il-Kummissjoni ressqet proposta biex l-importazzjoni tal-gass u taż-żejt mir-Russja fl-UE titwaqqaf gradwalment u b’mod effettiv sa tmiem l-2027. Dan se jgħin lill-UE ssir aktar indipendenti fl-enerġija, ittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u tagħti spinta lill-indipendenza u l-kompetittività tal-enerġija tal-Unjoni.

Din il-proposta ssegwi l-pjan direzzjonali REPowerEU, l-istrateġija tal-UE biex l-importazzjonijiet taż-żejt, tal-gass u tal-enerġija nukleari mir-Russja jitneħħew kompletament mis-swieq tal-UE. Din tinkludi passi għall-eliminazzjoni gradwali tal-gass mill-pipelines u tal-gass naturali likwifikat (LNG, liquefied natural gas), kif ukoll miżuri li jiffaċilitaw il-waqfien totali tal-importazzjonijiet taż-żejt mir-Russja sa tmiem l-2027.

Il-volumi tal-gass mir-Russja li jifdal se jiġu eliminati gradwalment kif ġej

  • L-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja koperti minn kuntratti ġodda se jkunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2026
  • L-importazzjonijiet koperti minn kuntratti eżistenti ta’ terminu qasir se jitwaqqfu sas-17 ta’ Ġunju 2026
  • Issir eċċezzjoni għall-kuntratti ta’ terminu qasir għall-gass mill-pipelines imwassal lill-pajjiżi mingħajr kosta u marbuta b’kuntratti ta’ terminu twil. Dawn se jkunu permessi sa tmiem l-2027.
  • L-importazzjonijiet koperti minn kuntratti ta’ terminu twil se jitwaqqfu sa tmiem l-2027

Fir-rigward taż-żejt, il-pajjiżi tal-UE li għadhom jimportaw iż-żejt mir-Russja se jkunu meħtieġa jħejju pjanijiet ta’ diversifikazzjoni biex jeliminaw gradwalment l-importazzjonijiet taż-żejt kollha li fadal, fid-dawl ta’ waqfien totali sa tmiem l-2027.

L-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili mir-Russja se tagħti kontribut importanti għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u għall-kompetittività ġenerali tal-UE. Dan huwa possibbli minħabba li l-UE għandha disponibbiltà suffiċjenti ta’ fornituri alternattivi fis-suq dinji tal-gass, suq tal-gass tal-Unjoni interkonness tajjeb u disponibbiltà suffiċjenti ta’ infrastruttura tal-importazzjoni fl-UE. Barra minn hekk, il-proposta tal-lum għandha salvagwardji inkorporati biex tirreaġixxi għar-realtà tas-swieq tal-gass filwaqt li tipprovdi qafas legali sod lill-kumpaniji.

Għal aktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa: il-Kummissjoni tipproponi l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass u taż-żejt mir-Russja fl-UE

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-proposta REPowerEU biex l-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja jiġu eliminati gradwalment u jittejjeb il-monitoraġġ tad-dipendenzi enerġetiċi potenzjali

Il-pjan direzzjonali REPowerEU

Il-pjan REPowerEU

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
17 Ġunju 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni