Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-profil tat-traduttur

Il-profil tat-traduttur

Dan hu profil ġenerali għat-tradutturi tal-Kummissjoni. Għal lista uffiċjali ta’ rekwiżiti relatati ma’ pożizzjoni partikolari, tista’ tirreferi għall-avviż ta’ kompetizzjoni, is-sejħa għal espressjoni ta' interess jew is-sejħa għall-offerti meta tapplika. Il-kompetizzjonijiet kollha huma organizzati u ppubblikati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), il-korp responsabbli għas-selezzjoni tal-persunal għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

Il-profil tiegħek

It-tradutturi tal-Kummissjoni jridu jittraduċu testi politiċi, legali, amministrattivi u tal-web — normalment lejn il-lingwa prinċipali tagħhom. Dawn ħafna drabi jkunu kumplessi u jiġbru fihom l-oqsma kollha ta’ attività tal-Unjoni Ewropea (ekonomika, finanzjarja, xjentifika, teknika, eċċ.).

Aħna nfittxu gradwati ta’ livell għoli — inklużi nies b’lawrji tax-xjenza jew lawrji tal-arti li mhumiex tal-lingwa, rilevanti għall-politiki tal-UE.

Rekwiżiti bażiċi

  • kapaċità li tifhem kwistjonijiet varji u kumplessi, tirreaġixxi malajr għal ċirkustanzi li jinbidlu, timmaniġġja l-informazzjoni u tikkomunika b’mod effettiv
  • inizjattiva, immaġinazzjoni, u kurżità intellettwali u motivazzjoni
  • kapaċità li taħdem b'mod konsistenti u taħt pressjoni — b’mod indipendenti u bħala parti minn tim — u li tiffittja f’ambjent ta’ xogħol multikulturali
  • kapaċità li żżomm l-awtodixxiplina meħtieġa biex taħdem f’organizzazzjoni tas-servizz pubbliku kbira

Ħiliet speċifiċi

Minbarra dawn ir-rekwiżiti bażiċi, li japplikaw għar-rekluti kollha tal-Kummissjoni irrispettivament mill-ispeċjalizzazzjoni tagħhom, il-profil ta’ reklutaġġ tagħna jiffoka fuq gradwati li għandhom — jew qed jippreparaw biex jiksbu — il-ħiliet speċifiċi stabbiliti hawn taħt, u li huma lesti li jgħollu l-livell ta’ dawn il-ħiliet u oħrajn matul it-terminu tal-impjieg tagħhom.

Ħiliet lingwistiċi

  • għarfien perfett tal-aspetti u l-livelli stilistiċi kollha tal-lingwa materna/lingwa prinċipali tiegħek
  • għarfien profond ta’ żewġ lingwi uffiċjali tal-UE jew aktar — li tal-inqas waħda minnhom trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż

Ħiliet tematiċi

  • familjarità mal-ekonomija, kwistjonijiet finanzjarji, kwistjonijiet legali, oqsma tekniċi jew xjentifiċi

Ħiliet tat-traduzzjoni

  • fehim tat-testi fil-lingwa sors u l-bidla tagħhom b’mod korrett fil-lingwa mira, bl-użu tal-istil u r-reġistru x-xierqa għall-finijiet tat-test
  • riċerka tas-suġġetti u t-terminoloġiji malajr u b’mod effiċjenti — kemm fil-lingwa sors kif ukoll fil-lingwa mira
  • użu tajjeb tal-għodda tat-traduzzjoni u tat-terminoloġija bl-assistenza tal-kompjuter ,kif ukoll tas-softwer standard għall-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċju