Mur għall-kontenut ewlieni

Stqarrija ta’ privatezza tad-dejta - Djalogi taċ-ċittadini

Leġiżlazzjoni

Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali hija bbażata fuq ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 (ĠU L8, 12/01/2001). Dan l-ipproċessar tad-dejta huwa legali skont l-Artikolu 5(d) ta’ dan ir-Regolament (“is-suġġett tad-dejta ikun ta l-kunsens kategoriku tiegħu jew tagħha”)

Deskrizzjoni tas-Servizz

Is-servizz huwa għodda għar-reġistrazzjoni tal-avvenimenti. Iċ-ċittadini jistgħu jirreġistraw biex jattendu Djalogu taċ-Ċittadini permezz ta’ din il-formola ta’ reġistrazzjoni onlajn. Meta jirreġistraw, l-utenti jaċċettaw li jirċievu email li tikkonferma l-parteċipazzjoni tagħhom u ittra ta' ringrazzjament wara l-avveniment. Id-dejta miġbura tista’ tintuża wkoll biex jintbagħtu bullettini futuri mhux biss rigward l-avveniment innifsu iżda wkoll avvenimenti futuri mid-Djalogi taċ-Ċittadini kif ukoll stħarriġ. L-utenti jridu jagħtu l-kunsens tagħhom b’mod espliċitu billi jagħżlu l-kaxxa ta’ verifika xierqa u jistgħu jagħżlu li ma jkunux inklużi billi jikkuntattjaw il-kontrollur tad-dejta permezz ta' email.

Liema dejta niġbru?

Aħna niġbru u nipproċessaw informazzjoni dwar l-isem, il-kunjom, l-email u nitolbu l-approvazzjoni tiegħek biex nikkomunikaw aktar miegħek fil-futur dwar id-Djalogi taċ-Ċittadini.

Min għandu aċċess għad-dejta tiegħek?

Numru limitat ta’ impjegati fis-sede tal-Kummissjoni Ewropea għandu aċċess għad-dejta personali tiegħek. Dawn l-impjegati jaħdmu fl-oqsma tal-komunikazzjoni u l-appoġġ tekniku. Ma niżvelawx id-dejta personali lil partijiet terzi.

Kif tinħażen id-dejta tiegħek?

Id-dejta personali tiegħek tinħażen fuq il-kompjuters ġestiti b'għodda tal-IT żviluppata mid-Dipartiment tal-Informatika tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ DIGIT). Dawn is-servers jinsabu fl-uffiċċji tagħna fil-Lussemburgu. Ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta personali jiġu rispettati waqt l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Għal kemm żmien inżommu d-dejta tiegħek?

Meta tirreġistra għal avveniment, id-dejta personali tiegħek tinżamm fil-bażijiet tad-dejta tagħna għal perjodu ta’ 3 sni

Kif tista’ tivverifika, timmodifika jew tħassar id-dejta tiegħek?

Biex timmodifika, tivverifika jew tħassar id-dejta tiegħek, għandek tikkuntattja lill-kontrollur tad-dejta.

Kontrollur tad-Dejta

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew rikjesti li jikkonċernaw l-informazzjoni sottomessa minnek biex tabbona għall-bullettin tagħna jew jekk ikollok ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-kontrollur tad-dejta. Is-Sur joachim [dot] ottatec [dot] europa [dot] eu (Joachim Ott), Kap tal-Unità Djalogi maċ-Ċittadini, DĠ COMM C2, 1049 Brussell, il-Belġju

Rikors

L-ilmenti, f’każ ta’ kunflitt mal-Kontrollur, jistgħu jiġu indirizzati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

n. Wara dan il-perjodu, id-dejta kollha li tista’ tippermetti l-identifikazzjoni titħassar filwaqt li dejta li tista’ tkun utli għal skopijiet ta’ statistika tinżamm.