Page contents Page contents Stejjer viżivi tal-Kummissjoni Ewropea Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju u fid-direttorju: https://ec.europa.eu/stories/ Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat‑Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa ddisinjat biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi l-persuni b’diżabbiltà. Għandek tkun tista’: tkabbar sa 200% mingħajr problemi tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bit-tastiera biss tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek) Dan is-sit web huwa ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG). Status tal-konformità Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji. Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fit-30 ta’ Awwissu 2023. Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fit-30 ta' Awwissu 2023. Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat. Feedback Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà: Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11 Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok żomm lura milli tipprovdi informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. kwalunkwe informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew kwalunkwe suġġett sensittiv ieħor) Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni. Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea huwa ddisinjat biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari; flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack Speċifikazzjonijiet tekniċi L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem b’taħlita partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek: HTML WAI-ARIA CSS JavaScript Kontenut mhux aċċessibbli Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, aħna konxji li hemm xi limitazzjonijiet, u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt. Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web: Animazzjoni: Hemm diversi animazzjonijiet li jinterferixxu mal-qari tal-kontenut kontigwu, mingħajr mod kif jitwaqqfu, issirilhom pawża jew jinħbew. Kuntrast: Xi kontenut mhuwiex ikkuntrastat biżżejjed fl-isfond tiegħu. Qbiż ta’ kontenut: L-intestaturi u l-punti ta’ referenza mhumiex użati kompletament kif suppost, u b’hekk għandhom impatt fuq l-użu tagħhom għall-aċċess ta’ partijiet speċifiċi tal-paġna u għall-fehim tal-istruttura ġenerali tal-kontenut b’qarrej tal-iskrin. Formola tal-feedback: Fil-formola tal-feedback, xi buttuni tar-radju mhumiex raggruppati kif suppost u xi partijiet m’għandhomx kuntrast suffiċjenti. Barra minn hekk, il-Captcha mhijiex aċċessibbli għall-utenti torox-għomja. Formola tal-feedback – messaġġi ta’ żball: Il-messaġġi ta’ żball fil-formola tal-feedback mhumiex assoċjati mal-qasam li fih instab l-iżball u ma jindikawx b’mod ċar f’liema qasam instab l-iżball. Qed nippjanaw li nsolvu din il-problema sal-aħħar ta’ Ottubru 2023.