Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

L-ekoloġizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi bl-eżempju — stabbiliet pjan ambizzjuż iżda realistiku biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2030.

Il-kisba tan-newtralità klimatika sal-2030

Fis-16 ta’ Diċembru 2025, il-Kulleġġ adotta r-rieżami tal-progress fl-ekoloġizzazzjoni tal-Kummissjoni, li juri li l-Kummissjoni tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha għall-2030.  Skont l-aħħar Dikjarazzjoni Ambjentali tal-EMAS għar-riżultati tal-2024, il-Kummissjoni naqqset l-impronta tal-karbonju ġenerali tagħha b’31% meta mqabbel mal-2019, jew b’56% mill-2005 ’l hawn.  Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-binjiet, mill-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura, u mill-ivvjaġġar tal-esperti, ir-rapport juri li hemm progress tajjeb u li l-isforzi għandhom jiġu sostnuti u, meta jkun fattibbli, intensifikati. Il-progress miexi aktar bil-mod fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ivvjaġġar professjonali tal-persunal, u għalhekk il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha wara l-2024 biex tilħaq il-mira ta’ 50% meta mqabbla mal-2019 malajr kemm jista’ jkun, u sa mhux aktar tard mill-2030. 

Biex tilħaq l-għan tagħha tan-newtralità klimatika sal-2030, il-Kummissjoni se tesplora għażliet għall-kumpens tal-emissjonijiet residwi sal-2030, inklużi l-fattibbiltà tax-xiri ta’ krediti minn pjattaforma ta’ xiri konġunt u l-possibbiltà ta’ approċċ komuni ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.  

Il-Kummissjoni se tkompli timplimenta wkoll il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni tal-2022 dwar l-ekoloġizzazzjoni sabiex sal-2030 inkunu wasalna għan-newtralità klimatika. 

Binjiet aktar ekoloġiċi, modi aktar ekoloġiċi kif naħdmu

Binjiet aktar effiċjenti, sostenibbli, u reżiljenti għat-tibdil fil-klima se jikkontribwixxi għal terz tat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-Kummissjoni sal-2030 billi: 

  • taqleb għal binjiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u aktar ekoloġiċi
  • timxi lejn spazji tax-xogħol kollaborattivi dinamiċi
  • tnaqqas l-għadd/il-kobor tal-uffiċċji u tal-binjiet. 

Anki l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida — is-sostenibbiltà, l-estetika, u l-inklużjoni — qed jiggwidaw l-għażliet tagħna. Pereżempju, il-Kummissjoni qed taħdem fi sħubija mar-Reġjun ta’ Brussell fuq it-tfassil tal-Kwartier Ewropew il-ġdid u pjanijiet ġodda dwar il-mobbiltà. 

Mobbiltà aktar ekoloġika u aktar intelliġenti

L-emissjonijiet tal-ivvjaġġar relatat max-xogħol jistgħu jitnaqqsu b’50% (2019–2030) billi: 

  • nissimplifikaw l-ivvjaġġar tal-istaff għal skop ta’ xogħol
  • nagħtu prijorità lill-modi ta’ trasport aktar ekoloġiċi
  • nużaw taħlita ta’ laqgħat virtwali, ibridi, u wiċċ imb wiċċ ma’ esperti esterni 

L-emissjonijiet relatati mal-mobbiltà jistgħu jitnaqqsu b’45% (2019–2030) billi: 

  • inħeġġu lill-istaff juża mezzi ta’ trasport aktar ekoloġiċi meta jivvjaġġa lejn ix-xogħol u lura
  • inżidu x-xogħol mill-bogħod
  • norganizzaw kampanji u avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni 

L-ekoloġizzazzjoni tal-infrastrutturi u l-assi tal-IT

L-emissjonijiet relatati mal-IT jistgħu jitnaqqsu b’terz billi: 

  • naċċelleraw il-bidla għal apparati aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jistgħu jissewwew
  • nissimplifikaw is-sistemi tal-IT u niddekummissjonaw sistemi obsoleti
  • innaqqsu gradwalment l-għadd ta’ kmamar tad-data lokali
  • inżidu l-użu tal-flussi tax-xogħol mingħajr karti u d-diġitalizzazzjoni tal-arkivji 

Il-Kummissjoni tagħti eżempju tajjeb bħala istituzzjoni 

Il-Kummissjoni hija determinata li tippromwovi l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku tal-UE bl-azzjonijiet tagħha stess:  

  • tipprovdi servizzi aktar ekoloġiċi tal-ikel
  • issir aktar ċirkolari bl-użu tal-prinċipji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku
  • tippreserva u tirrestawra l-ekosistema u l-bijodiversità fis-siti tal-Kummissjoni 

Il-membri tal-istaff jagħtu eżempju tajjeb bħala ċittadini tal-UE  

Biex il-Kummissjoni tasal għan-newtralità klimatika sal-2030, l-involviment tal-istaff biex jimplimenta l-azzjonijiet huwa kruċjali.  

Dan jimxi id f’id ukoll mal-adozzjoni ta’ modi sostenibbli ta’ ħidma u mġiba. Il-Kummissjoni tapprezza u tħeġġeġ l-innovazzjoni fost l-istaff tagħha, u li dan ikun miftuħ għal bidliet fil-mod kif jaħdem, bl-ambizzjoni li jagħti eżempju tajjeb fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi innovattivi ġodda.

Il-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni  

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li hu essenzjali li jintużaw l-opportunitajiet kollha. Il-ħidma mal-kontropartijiet u bis-saħħa tal-għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati li tiltaqa’ magħhom regolarment — inklużi l-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali, reġjonali, u nazzjonali, kif ukoll l-Istituzzjonijiet tal-UE u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali — tippermetti mhux biss li tingħata viżibbiltà lill-azzjonijiet tagħha favur istituzzjoni newtrali għall-klima, iżda wkoll li wieħed jitgħallem minn prattiki oħrajn u jistimula l-vjaġġ globali lejn soċjetà sostenibbli. 

Dokumenti

  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 16 Diċembru 2025
Progress Review of the Communication - Greening the Commission

 

  • 5 APRIL 2022
Communication to the Commission - Greening the Commission

 

  • 5 APRIL 2022
Annexes to the Communication to the Commission - Greening the Commission

 

  • 5 APRIL 2022
Factsheet: Greening the Commission

 

  • 28 APRIL 2022
Factsheet: Greening on level of ambition and EU targets