Page contents Page contents Il-proċess tal-ħatra Elezzjoni tal-PresidentKull ħames snin, il-Kunsill Ewropew - magħmul minn kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tal-UE - jipproponi kandidat għall-President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew.Il-kandidat għal President hu propost abbażi tal-kompożizzjoni politika tal-Parlament wara l-elezzjonijiet Ewropej; tipikament, dawn jintgħażlu mill-akbar familja politika fil-Parlament.Jekk maġġoranza assoluta tal-membri tal-Parlament tappoġġja n-nominat/a, hu jew hi tiġi eletta. Għażla tat-timIl-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-President elett tal-Kummissjoni, jadotta lista ta’ Kummissarji nnominati abbażi ta’ suġġerimenti mill-Istati Membri tal-UE. Kull nominat(a) għal Kummissarju għandu jidher / għandha tidher quddiem il-kumitat parlamentari responsabbli għall-portafoll propost tiegħu jew tagħha. Il-membri tal-kumitat imbagħad jivvutaw dwar l-adegwatezza tan-nominat għall-pożizzjoni.Il-President, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni huma mbagħad suġġetti bħala grupp għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament.Wara l-vot tal-Parlament, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarji jinħatru mill-Kunsill Ewropew. Akkontabbiltà Il-Kummissjoni Ewropea tinżamm responsabbli demokratikament mill-Parlament Ewropew, li għandu d-dritt li japprova jew iwarrab it-tmexxija politika kollha tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli wkoll għat-tqegħid tal-baġit tal-UE fil-prattika. Kull sena, il-Parlament jagħżel li jagħti (jew le) l-approvazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-mod kif immaniġġjat il-baġit tal-UE. Dan il-proċess jissejjaħ il-kwittanza. Il-Parlament jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq diversi rapporti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni għall-baġit tal-UE. Teħid ta’ deċiżjonijiet Għalkemm hemm Kummissarju wieħed minn kull pajjiż tal-UE, xogħolhom hu li jiddefendu l-interessi tal-UE b'mod sħiħ – aktar milli l-interess nazzjonali.Fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, huma jieħdu d-deċiżjonijiet. Pereżempju, kollettivament huma:jieħu deċiżjonijiet dwar l-istrateġiji u l-politiki tal-Kummissjonijipproponu l-liġijiet, il-programmi ta’ finanzjament u l-baġit annwali għad-diskussjoni u l-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill Il-Kummissarji kollha huma ndaqs fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u miżmumin ugwalment responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni tiddeċiedi kollettivament dwar il-ħidma tagħha permezz ta’ proċedura bil-miktub jew orali.Għal aktar informazzjoni dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ara:kif jittieħdu d-deċiżjonijietit-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-laqgħat ta’ kull ġimgħa Links relatati RwolProċess tat-tfassil tal-liġijiet fl-UEKif jiġu eletti u jinħatru l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE