Page contents Page contents Minbarra li joffri sostenn għall-istudji tal-interpretazzjoni fl-UE u fil-pajjiżi kandidati, id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni (DĠ SCIC) jikkoopera wkoll ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Il-programmi internazzjonali jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità fl-interpretazzjoni u jżidu l-kooperazzjoni u l-fehim reċiproku.Il-MacaoId-DĠ SCIC għandu programm ta’ taħriġ mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao, li ilu mill-2006, li jgħin biex jiżdied l-għadd ta’ interpreti kwalifikati fl-amministrazzjoni pubblika bilingwi (Portugiż - Kantoniż/Mandarin).Id-DĠ SCIC jikkoopera mal-Università Politeknika tal-Macao, u jipprovdi assistenza pedagoġika għall-kors tal-interpretazzjoni tal-Masters tagħhom kif ukoll korsijiet ta’ taħriġ għall-ħarrieġa.Video: L-Arti u l-Uffiċċju tal-Interpretazzjoni (sottotitoli bl-Ingliż)Video: L-Arti u l-Uffiċċju tal-Interpretazzjoni (sottotitoli biċ-Ċiniż)L-organizzazzjonijiet internazzjonaliId-DĠ SCIC hu parteċipant attiv tal-Laqgħa Annwali Internazzjonali dwar l-Arranġamenti Lingwistiċi, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjonijiet (IAMLADP), li ġiet stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti u tippermetti lill-Kapijiet tas-servizzi lingwistiċi u tal-konferenzi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiltaqgħu, jidentifikaw u jiddiskutu kwistjonijiet komuni, jiskambjaw l-esperjenzi u jaslu għall-aqwa prattiki.