Mur għall-kontenut ewlieni

Trasport

X'qed tagħmel il-Kummissjoni

Għanijiet

Sal-2050, l-UE trid tnaqqas b’60% l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra marbuta mat-trasport meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u b’mod aktar speċifiku:

  • It-tneħħija ta’ vetturi li jaħdmu bil-fjuwil konvenzjonali mill-ibliet
  • L-użu ta' 40% ta' fjuwils sostenibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-avjazzjoni
  • Tnaqqis ta’ 40% tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils tal-bunkers marittimi
  • 50% tat-traġitti tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' 300 km jew aktar jibdew isiru bi trasport tal-ferrovija jew fuq l-ilma minflok bit-trasport fit-triq
  • Il-maġġoranza ta’ vjaġġi ta' distanza medja jsiru bil-ferrovija
  • Network ferrovjarju Ewropew b’veloċità għolja komplet
  • Network trans-Ewropew tat-trasport komplet
  • Progress lejn żero fatalitajiet tat-trasport bit-triq

Ara x'qed jagħmlu istituzzjonijiet oħra tal-UE dwar it-trasport

Inizjattivi ewlenin