Forniment ta’ trasport effiċjenti, sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent
It-trasport jikkontribwixxi għal madwar 5% tal-PDG tal-UE u jimpjega aktar minn 10 miljun persuna fl-Ewropa, għalhekk is-sistema tat-trasport hi kruċjali għan-negozji Ewropej u għall-ktajjen tal-provvista dinjin. Fl-istess ħin, it-trasport iġib għadd ta’ spejjeż għas-soċjetà tagħna: emissjonijiet tal-gassijiet serra u niġġiesa, storbju, ħabtiet fit-toroq u konġestjoni.
Illum, l-emissjonijiet tat-trasport jirrappreżentaw madwar 25% tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE, u dawn l-emissjonijiet żdiedu matul dawn l-aħħar snin. L-għan tagħna li nkunu l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 jeħtieġ bidliet ambizzjużi fit-trasport. Hemm bżonn ta’ mogħdija ċara biex jinkiseb tnaqqis ta’ 90% fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mat-trasport sal-2050.
Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, t-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Links relatati
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 31 Ottubru 2025

