Insaħħu r-riżorsi għat-tifi tan-nar fiż-żoni rurali tal-PortugallIl-Portugall huwa l-pajjiż li f’sena jġarrab, bħala medja, l-akbar numru ta’ nirien forestali u, kaġun ta’ dan, għandu l-ogħla perċentwal ta’ telf ta’ art maħruqa. Permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Unjoni Ewropea kkontribwiet €89 miljun għall-bini u r-rinnovazzjoni ta’ ċentri tal-operazzjonijiet u għall-akkwist ta’ ħelikopters, makkinarju, vetturi, u tagħmir vitali għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar.Sir af aktar Insaħħu s-sigurtà tal-enerġija fi Franza u fi SpanjaL-interkonnettur tal-elettriku tal-Golf tal-Biskalja se jirdoppja l-kapaċità tal-iskambju tal-elettriku bejn Franza u Spanja, u se jipprovdi enerġija aktar nadifa, aktar sigura, u bi prezzijiet aktar aċċessibbli għal miljuni ta’ ċittadini. Il-proġett irċieva għotja ta’ €578 miljun permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Enerġija u huwa skedat li jiġi ffinalizzat sal-2028.Sir af aktar Nippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni tal-EwropaIl-computing ta’ prestazzjoni għolja qiegħed fil-qalba tal-avvanzi ewlenin u tal-innovazzjoni, u huwa riżorsa strateġika għall-futur tal-Ewropa. Minn Marzu 2024 ’l hawn, ix-xjenzati u n-negozji Ewropej għandhom aċċess għas-superkompjuter MareNostrum 5, li jinsab f’Barċellona, Spanja. Dan jagħmel parti minn network ta’ għaxar superkompjuters madwar l-UE, li ġew stabbiliti mill-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew.Sir af aktar Ninvestu fl-ispazjuIl-Programm Spazjali Ewropew jipprovdi servizzi importanti għaċ-ċittadini u għan-negozji. Il-Copernicus, is-sistema Ewropea ta’ osservazzjoni tad-dinja, tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u għall-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u tiżgura s-sikurezza madwar l-Ewropa. Il-Galileo, sistema globali tan-navigazzjoni u l-pożizzjonament bis-satellita, tappoġġa lil bosta setturi, mit-trasport u l-agrikoltura sal-ġestjoni tal-fruntieri u t-tiftix u s-salvataġġ.Sir af aktar Liċ-ċittadini barranin nagħtuhom il-ħiliet li għandhom bżonn biex jintegraw aħjarIl-Konexio hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, ibbażata f’Pariġi, li toffri korsijiet fit-taħriġ tal-ħiliet diġitali lil ċittadini barranin fi Franza. Bil-korsijiet tagħhom, l-istudenti għandhom aċċess għal karrieri f'setturi tat-teknoloġija b’rata għolja ta’ tkabbir, kif ukoll għall-appoġġ tal-komunità, taħriġ fil-ħiliet personali, u tagħlim tal-lingwi, li huma kruċjali biex jirnexxu u jintegraw. L-assoċjazzjoni rċeviet aktar minn €680,000 f’finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew+. Materjali mill-aktar avvanzati għal futur aktar san u aktar intelliġentiL-inizjattiva Graphene Flagship huwa waħda mill-akbar inizjattivi ta’ riċerka li qatt kellna fl-Ewropa, u tlaqqa’ sħab akkademiċi u industrijali minn 18-il pajjiż tal-UE. L-inizjattiva, li hi ffinanzjata mill-programm Orizzont Ewropa, qed tisfrutta l-potenzjal tal-grafen u ta’ materjali 2D oħrajn biex tippermetti innovazzjonijiet rivoluzzjonarji — mit-trattament tal-marda tal-Parkinson għal titjiriet aktar sikuri b’sistemi li jneħħu s-silġ, għal batteriji u pannelli solari tal-ġenerazzjoni li jmiss.Aktar informazzjoni Innovazzjoni diġitali għal sistema tal-ikel aktar intelliġenti u effiċjentiF’Merelbeke, il-Belġju, il-Programm Ewropa Diġitali jinvesti fil-ħolqien ta’ faċilitajiet tal-prima klassi għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni b’rabta mal-intelliġenza artifiċjali (IA) fis-settur agroalimentari. L-inizjattiva hija parti mill-proġett Agrifood TEF, li jinvolvi 34 sieħeb f’9 pajjiżi tal-UE, u għandha l-għan li tpoġġi fis-suq soluzzjonijiet robotiċi u msejsin fuq l-IA għall-qasam tal-agrikoltura. Il-proġett jikkontribwixxi għal produzzjoni tal-ikel aktar sostenibbli u bi prezzijiet konvenjenti għall-Ewropej billi jippermetti li l-bdiewa jadottaw dawn it-teknoloġiji.Aktar informazzjoni Inħarsu l-wirt naturaliIl-Mużew tal-Istorja Naturali Kroata f’Zagreb, li fih l-akbar kollezzjoni fil-pajjiż, qed jiġi rinnovat bil-kbir b’sostenn mill-baġit tal-UE. Il-proġett jiffoka fuq il-palazz storiku Amadeo, u għandu l-għan li jespandi l-kapaċitajiet tiegħu, iżid l-għadd tal-viżitaturi, u jsaħħaħ il-ħidma xjentifika u mużeoloġika tiegħu. Dan se joħloq impjiegi ġodda u lill-mużew jagħmlu mutur ewlieni għat-turiżmu għall-iżvilupp kif ukoll għall-ħarsien tal-wirt kulturali. Niggarantixxu l-impjiegi għall-futurIl-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF, Just Transition Fund) jagħti sostenn lir-reġjuni l-aktar milqutin mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Fir-reġjun ta’ Ida-Viru fl-Estonja, li ilu jiffoka fuq l-estrazzjoni tal-iskist keroġenuż, il-JTF qed jappoġġa l-bini ta’ fabbrika ġdida li tipproduċi l-kalamiti magħmulin minn materjali tal-art rari. Il-proġett mistenni joħloq 1,000 impjieg ġdid u se jkollu rwol vitali fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Ewropa. Il-kalamiti magħmulin minn materjali tal-art rari jistgħu jintużaw fit-turbini eoliċi u f’vetturi ibridi u elettriċi. Aktar informazzjoni
Insaħħu r-riżorsi għat-tifi tan-nar fiż-żoni rurali tal-PortugallIl-Portugall huwa l-pajjiż li f’sena jġarrab, bħala medja, l-akbar numru ta’ nirien forestali u, kaġun ta’ dan, għandu l-ogħla perċentwal ta’ telf ta’ art maħruqa. Permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Unjoni Ewropea kkontribwiet €89 miljun għall-bini u r-rinnovazzjoni ta’ ċentri tal-operazzjonijiet u għall-akkwist ta’ ħelikopters, makkinarju, vetturi, u tagħmir vitali għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar.Sir af aktar
Insaħħu s-sigurtà tal-enerġija fi Franza u fi SpanjaL-interkonnettur tal-elettriku tal-Golf tal-Biskalja se jirdoppja l-kapaċità tal-iskambju tal-elettriku bejn Franza u Spanja, u se jipprovdi enerġija aktar nadifa, aktar sigura, u bi prezzijiet aktar aċċessibbli għal miljuni ta’ ċittadini. Il-proġett irċieva għotja ta’ €578 miljun permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-Enerġija u huwa skedat li jiġi ffinalizzat sal-2028.Sir af aktar
Nippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni tal-EwropaIl-computing ta’ prestazzjoni għolja qiegħed fil-qalba tal-avvanzi ewlenin u tal-innovazzjoni, u huwa riżorsa strateġika għall-futur tal-Ewropa. Minn Marzu 2024 ’l hawn, ix-xjenzati u n-negozji Ewropej għandhom aċċess għas-superkompjuter MareNostrum 5, li jinsab f’Barċellona, Spanja. Dan jagħmel parti minn network ta’ għaxar superkompjuters madwar l-UE, li ġew stabbiliti mill-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew.Sir af aktar
Ninvestu fl-ispazjuIl-Programm Spazjali Ewropew jipprovdi servizzi importanti għaċ-ċittadini u għan-negozji. Il-Copernicus, is-sistema Ewropea ta’ osservazzjoni tad-dinja, tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u għall-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u tiżgura s-sikurezza madwar l-Ewropa. Il-Galileo, sistema globali tan-navigazzjoni u l-pożizzjonament bis-satellita, tappoġġa lil bosta setturi, mit-trasport u l-agrikoltura sal-ġestjoni tal-fruntieri u t-tiftix u s-salvataġġ.Sir af aktar
Liċ-ċittadini barranin nagħtuhom il-ħiliet li għandhom bżonn biex jintegraw aħjarIl-Konexio hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, ibbażata f’Pariġi, li toffri korsijiet fit-taħriġ tal-ħiliet diġitali lil ċittadini barranin fi Franza. Bil-korsijiet tagħhom, l-istudenti għandhom aċċess għal karrieri f'setturi tat-teknoloġija b’rata għolja ta’ tkabbir, kif ukoll għall-appoġġ tal-komunità, taħriġ fil-ħiliet personali, u tagħlim tal-lingwi, li huma kruċjali biex jirnexxu u jintegraw. L-assoċjazzjoni rċeviet aktar minn €680,000 f’finanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew+.
Materjali mill-aktar avvanzati għal futur aktar san u aktar intelliġentiL-inizjattiva Graphene Flagship huwa waħda mill-akbar inizjattivi ta’ riċerka li qatt kellna fl-Ewropa, u tlaqqa’ sħab akkademiċi u industrijali minn 18-il pajjiż tal-UE. L-inizjattiva, li hi ffinanzjata mill-programm Orizzont Ewropa, qed tisfrutta l-potenzjal tal-grafen u ta’ materjali 2D oħrajn biex tippermetti innovazzjonijiet rivoluzzjonarji — mit-trattament tal-marda tal-Parkinson għal titjiriet aktar sikuri b’sistemi li jneħħu s-silġ, għal batteriji u pannelli solari tal-ġenerazzjoni li jmiss.Aktar informazzjoni
Innovazzjoni diġitali għal sistema tal-ikel aktar intelliġenti u effiċjentiF’Merelbeke, il-Belġju, il-Programm Ewropa Diġitali jinvesti fil-ħolqien ta’ faċilitajiet tal-prima klassi għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni b’rabta mal-intelliġenza artifiċjali (IA) fis-settur agroalimentari. L-inizjattiva hija parti mill-proġett Agrifood TEF, li jinvolvi 34 sieħeb f’9 pajjiżi tal-UE, u għandha l-għan li tpoġġi fis-suq soluzzjonijiet robotiċi u msejsin fuq l-IA għall-qasam tal-agrikoltura. Il-proġett jikkontribwixxi għal produzzjoni tal-ikel aktar sostenibbli u bi prezzijiet konvenjenti għall-Ewropej billi jippermetti li l-bdiewa jadottaw dawn it-teknoloġiji.Aktar informazzjoni
Inħarsu l-wirt naturaliIl-Mużew tal-Istorja Naturali Kroata f’Zagreb, li fih l-akbar kollezzjoni fil-pajjiż, qed jiġi rinnovat bil-kbir b’sostenn mill-baġit tal-UE. Il-proġett jiffoka fuq il-palazz storiku Amadeo, u għandu l-għan li jespandi l-kapaċitajiet tiegħu, iżid l-għadd tal-viżitaturi, u jsaħħaħ il-ħidma xjentifika u mużeoloġika tiegħu. Dan se joħloq impjiegi ġodda u lill-mużew jagħmlu mutur ewlieni għat-turiżmu għall-iżvilupp kif ukoll għall-ħarsien tal-wirt kulturali.
Niggarantixxu l-impjiegi għall-futurIl-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF, Just Transition Fund) jagħti sostenn lir-reġjuni l-aktar milqutin mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Fir-reġjun ta’ Ida-Viru fl-Estonja, li ilu jiffoka fuq l-estrazzjoni tal-iskist keroġenuż, il-JTF qed jappoġġa l-bini ta’ fabbrika ġdida li tipproduċi l-kalamiti magħmulin minn materjali tal-art rari. Il-proġett mistenni joħloq 1,000 impjieg ġdid u se jkollu rwol vitali fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Ewropa. Il-kalamiti magħmulin minn materjali tal-art rari jistgħu jintużaw fit-turbini eoliċi u f’vetturi ibridi u elettriċi. Aktar informazzjoni