Ħarsa ġenerali
Informazzjoni preċiża u affidabbli hija kruċjali fl-indirizzar l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil barrani.
Hawnhekk tista’ ssib għażla ta’ riżorsi żviluppati mill-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-gvernijiet nazzjonali dwar suġġetti li spiss ikunu fil-mira ta’ min jimmanipula l-informazzjoni.
Riżorsi tal-Kummissjoni

Id-dibattitu pubbliku dwar dan is-suġġett spiss ikun mimli dikjarazzjonijiet emozzjonali jew polarizzanti. Skopri l-fatti bbażati fuq l-evidenza dwar il-migrazzjoni u l-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni

Ħarsa mill-qrib dwar kif taħdem verament il-politika agrikola tal-UE

Il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u d-diżinformazzjoni jistgħu jikkompromettu b’mod serju l-għajnuna umanitarja u l-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili bħala rispons għad-diżastri

Kun af iżjed kif il-ftehim hu ta’ ġid għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, inkluż billi jsaħħaħ il-kummerċ, iħaddem l-istandards Ewropej u jipproteġi lil aktar minn 350 prodott tal-UE, mingħajr ma jdgħajjef l-impenn favur is-sostenibbiltà

L-ipprezzar tal-karbonju hu wieħed mill-aktar għodod effettivi biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima. Madankollu, spiss jiġi interpretat ħażin. Tgħallem dwar kif jaħdem u kif kulħadd jista’ jgawdi minnu

L-eventi ta’ temp estrem qed ikunu dejjem aktar spissi, u saru aktar vjolenti minn dawk li kienu jseħħu sa ftit għexieren ta’ snin ilu. Skopri aktar dwar ir-rabta tagħhom mat-tibdil fil-klima

Minkejja l-benefiċċji ovvji tagħha, għad hemm min għandu d-dubji dwar l-enerġija solari. Skopri aktar dwar dan is-sors ta’ enerġija sikura u affordabbli

Tgħallem dwar ir-riħ – sors ta’ enerġija nadifa, affordabbli u prodotta lokalment

Nindirizzaw xi miti komuni dwar il-politika tal-UE dwar il-karozzi b’emissjonijiet żero

Nipprovdu informazzjoni ċara u affidabbli fuq ir-regoli tal-UE dwar l-ikel derivat mill-insetti

Nikkjarifikaw il-kunċetti żbaljati komuni u nipprovdu informazzjoni preċiża dwar il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni

Skopri aktar kif l-UE qed tappoġġa lill-Ukrajna u lill-Ukreni

Skopri aktar kif jaħdem il-baġit tal-UE u kif dan hu ta’ benefiċċju għalik direttament

Nindirizzaw il-kunċetti u n-narrattivi żbaljati komuni dwar il-politika ta’ koeżjoni tal-UE

Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni indirizzat narrattivi komuni skorretti jew qarrieqa u pprovdiet informazzjoni aġġornata u preċiża dwar il-vaċċini
Riżorsi esterni

L-UNEP żviluppa riżorsa li tiġġieled il-miti relatati mal-klima b’informazzjoni fattwali

Din il-paġna web min-NATO fiha informazzjoni fattwali dwar l-organizzazzjoni, ir-relazzjoni tagħha mal-Ukrajna u r-rispons tagħha għall-gwerra li għaddejja bħalissa

Dan is-sit web hu inizjattiva tal-Gvern Żvediż li jipprovdi aċċess faċli għal informazzjoni u pariri verifikati tal-fatti matul kriżijiet u emerġenzi

In-NU nediet inizjattiva biex tipprovdi informazzjoni preċiża ħalli tiġġieled kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni dwar kriżijiet globali bħat-tibdil fil-klima u l-COVID-19

Id-WHO tipprovdi informazzjoni vverifikata dwar firxa ta’ kwistjonijiet tas-saħħa fl-għamla ta’ mistoqsijiet u tweġibiet
Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 18 Diċembru 2025