Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Niġġieldu l-interferenzi minn barra u l-attakki ċibernetiċi

Ħarsa ġenerali

EUvsDisinfo

Imniedi fl-2015 mis-servizz diplomatiku tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), EUvsDisinfo hu proġett ewlieni biex tiġi identifikata, analizzata u titqajjem sensibilizzazzjoni dwar id-diżinformazzjoni fl-għamliet u l-forom differenti tagħha, b’enfasi fuq narrattivi u tattiċi komuni mill-Kremlin.

Aqra aktar dwar x’qed jagħmel is-SEAE biex jiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni minn barranin u l-indħil barrani

Iċ-Ċibersigurtà  

L-attakki ċibernetiċi jistgħu jseħħu fl-istess ħin tal-kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni, u saħansitra jiġu kkoordinati magħhom, u jistgħu jkunu parti minn strateġija usa’ biex jiġu influwenzati jew destabbilizzati l-proċessi demokratiċi. 

It-tisħiħ taċ-ċibersigurtà u s-sensibilizzazzjoni relatata hu wkoll parti mill-bini tar-reżiljenza. Il-pajjiżi tal-UE jikkooperaw biex iħejju għal theddid ċibernetiku potenzjali. Dawn huma appoġġjati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, bħall-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà jew l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. 

Rispons għat-theddid ibridu 

L-UE żviluppat ukoll qafas ta’ politika komprensiv biex tindirizza t-theddid ibridu. Theddidiet ta’ din ix-xorta għandhom l-għan li jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tal-pajjiżi u s-soċjetajiet billi jikkombinaw mezzi militari u mhux militari bħal attakki ċibernetiċi, kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni jew pressjoni ekonomika. 

L-UE qed tuża Timijiet ta’ Rispons Rapidu kontra Theddid Ibridu biex tappoġġja lill-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu. Dan se jipprovdu assistenza ta’ terminu qasir imfassla apposta u mmirata lill-pajjiżi tal-UE, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, u lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra t-theddid u l-kampanji ibridi. 

Sanzjonijiet kontra l-mezzi tax-xandir tal-Kremlin

Ir-Russja involviet ruħha f’kampanja fuq skala kbira ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni fit-tentattiv tagħha li dittestabbilizza l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-mezzi tal-istat u favur il-Kremlin li jorganizzaw il-kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni huma essenzjali u strumentali fl-appoġġ tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huma jikkostitwixxu theddida sinifikanti u diretta għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà tal-UE. 

Biex tiġġieled dan, l-UE adottat sanzjonijiet kontra l-assi u l-atturi ta’ diżinformazzjoni u manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-Kremlin.