Kif jaħdem l-ECC Net
L-ECC Net hu network ta’ uffiċċji mmaniġġjati b’mod indipendenti kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. Jekk tgħix fl-UE, l-Iżlanda jew in-Norveġja, l-ECC f’pajjiżek jista’
- jispjegalek drittijietek bħala konsumatur
- jgħinek issolvi tilwima ma’ bejjiegħ ibbażat f’pajjiż ieħor tal-UE (jew l-Iżlanda jew in-Norveġja)
- jgħidlek lil min għandek tikkuntattja jekk ma jistax jgħinek
Minbarra li jassisti lill-konsumaturi, l-ECC Net hu sieħeb espert u fdat mal-partijiet ikkonċernati u ma’ dawk li jfasslu l-politika li jfittxu li jippromwovu d-drittijiet tal-konsumatur. Hu għandu rwol importanti biex iwissi lill-awtoritajiet tal-infurzar dwar kummerċjanti li jiksru l-liġi tal-konsumatur.
Wieħed mill-valuri tan-network hu r-reazzjoni rapida tiegħu għal kwistjonijiet emerġenti, bħall-assistenza pprovduta lill-konsumaturi matul il-pandemija tal-COVID-19.
Biex issir taf aktar dwar l-ECC Net, żur is-sit web tan-network.
Ħarsa ġenerali lejn il-każijiet
Fl-2023, in-network għen aktar minn 125,000 konsumatur. Dawn il-konsumaturi rċevew informazzjoni u pariri mfasslin apposta dwar il-kwistjoni tagħhom bħala konsumaturi. F’22,500 każ, in-network għamilha ta’ intermedjarju direttament man-negozjant biex jikseb rimedju. Il-valur totali tal-fondi rkuprati mill-ECC-Net f’interventi man-negozjant biss hu stmat li hu aktar minn €9 miljun.
Ikkuntattja l-ECC Net
Trid tikkuntattja lill-ECC Net fil-pajjiż fejn tgħix.
L-ECC Net jikkoopera wkoll maċ-Ċentru Internazzjonali tal-Konsumatur fir-Renju Unit.
Pubblikazzjonijiet
L-ECC Net jippubblika wkoll gwida u pariri dwar problemi komuni tal-konsumatur, li tista’ ssib fil-links li ġejjin
- Evitar tar-riskji ta’ prodotti ffalsifikati
- Rapport tal-2015 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-ECC-Net (pdf)
- Xiri ta’ karozza minn pajjiż ieħor tal-UE
- Timeshares (pdf)
- L-aqwa 10 pariri dwar it-timeshares għall-konsumaturi (pdf)
- Garanziji estiżi
- Frodi online (pdf)
- Marki ta’ fiduċja tal-kummerċ elettroniku (pdf)
- Drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru - soluzzjoni ta’ tilwim (pdf)
- Soluzzjoni ta’ tilwim internazzjonali żgħir (pdf)
- Xiri online fl-UE (pdf)
- Ħlas lura fl-UE/fiż-ŻEE (pdf)
Dokumenti
- 3 LULJU 2024
- 18 APRIL 2023
- 18 APRIL 2023
- 10 JANNAR 2023
- 18 APRIL 2023
- 1 NOVEMBRU 2020
- 10 OTTUBRU 2017
- 10 OTTUBRU 2017