Dettalji Data tal-pubblikazzjoni31 Mejju 2017 Deskrizzjoni L-għażliet proposti fid-dokument ta' riflessjoni huma maħsuba biex jgħinu fil-bini ta' konsensus wiesa' dwar kif nistgħu naffaċċjaw l-isfidi tal-ġejjieni u biex jagħtu impetu ġdid għal dan id-dibattitu importanti. It-triq 'il quddiem jinvolvi t-teħid ta' passi fi tliet oqsma ewlenin: It-tlestija ta' Unjoni Finanzjarja ġenwina Sistema finanzjarja integrata u li tiffunzjona sew hija essenzjali għal Unjoni Ekonomika u Monetarja effettiva u stabbli. Filwaqt li nibnu fuq il-momentum ta' dak li diġà nkiseb f'dawn l-aħħar snin, irid jinsab konsensus dwar it-triq 'il quddiem. Dan jinkludi t-triq 'il quddiem b'elementi li jinsabu diġà fuq il-mejda, u l-ftehim dwar il-passi addizzjonali li jridu jittieħdu bejn issa u l-2025. Dan se jinvolvi t-tlestija tal-Unjoni Bankarja u li jsir progress fuq it-tnaqqis u l-qsim ta' riskji fis-settur bankarju, flimkien ma' miżuri li jwasslu biex il-banek Ewropej isiru iktar reżiljenti. Huwa importanti ħafna wkoll li ssir azzjoni fuq l-Unjoni tas-Swieq Kapitali sabiex jiġu pprovduti iktar opportunitajiet ta' finanzjament diversi u innovattivi, inkluż permezz tas-swieq kapitali. Il-kisba ta' Unjoni Ekonomika u Fiskali iktar integrata Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti diġà rrikonoxxa l-konverġenza lejn strutturi ekonomiċi u soċjali iktar reżiljenti fl-Istati Membri bħala element essenzjali għal Unjoni Ekonomika u Monetarja ta' suċċess fil-medda twila ta' żmien. L-Istati Membri jistgħu jsaħħu l-elementi diġà eżistenti, bħas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika jew ir-rabta tal-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE għal riformi strutturali. Iżda l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll biex itejbu l-kapaċità tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika taż-Żona tal-Ewro. Il-karta tispjega bosta għażliet differenti għal dan, li l-Kummissjoni se tikkunsidra. L-istabbiliment ta' responsabbiltà demokratika u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet taż-Żona tal-Ewro Sabiex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tista' tkun iktar b'saħħitha, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw li jikkondividu iktar responsabbiltajiet u deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet taż-Żona tal-Ewro, f'qafas legali komuni. Dan jista' jkun permezz tat-Trattati tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha, approċċ intergovernattiv jew, kif inhu l-każ illum, taħlita tat-tnejn. Iktar integrazzjoni politika tista' tinvolvi reviżjoni tal-bilanċ bejn il-Kummissjoni u l-Grupp tal-Ewro u tista' tiġġustifika l-ħatra ta' president permanenti full-time tal-Grupp tal-Ewro, kif ukoll li tgħaqqad ir-rappreżentazzjoni esterna taż-Żona tal-Ewro. L-idea ta' Teżor taż-Żona tal-Ewro – possibbilment b'baġit taż-Żona tal-Ewro – kif ukoll Fond Monetarju Ewropew se jiġu diskussi wkoll fid-dibattitu pubbliku, u jistgħu jiġu kkunsidrati fi stadju aktar tard tal-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, fil-qafas tal-UE. Files 31 MEJJU 2017Dokument ta' riflessjoni dwar l-approfondament tal-unjoni ekonomika u monetarjaLingwi oħrajn (22)български(1.66 MB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(1.59 MB - PDF)Iddawnlowdjačeština(1.08 MB - PDF)Iddawnlowdjadansk(1.59 MB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(1.84 MB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(1014.24 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(1.64 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(1.77 MB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(1.81 MB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(1.62 MB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(1.6 MB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(1.64 MB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(1.63 MB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(1.64 MB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(1.61 MB - PDF)Iddawnlowdjapolski(1.66 MB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(1.6 MB - PDF)Iddawnlowdjaromână(1.6 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(1.66 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(1.61 MB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(1.58 MB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(1.59 MB - PDF)Iddawnlowdja Links relatati White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u t-triq 'il quddiemThe Five Presidents' Report: Completing Europe's Economic and Monetary Union