Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 23 Frar 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Sentejn wara, l-UE għadha spalla ma’ spalla’ mal-Ukrajna

 

Fl-24 ta' Frar 2022, il-forzi Russi bdew invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna. Fid-dawl ta’ din l-aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikabbli, l-UE ilha mill-bidu tappoġġja bis-sħiħ lill-Ukrajna f’kull stadju.

Matul dawn l-aħħar sentejn, l-UE mexxiet l-isforzi internazzjonali biex tappoġġja lill-Ukrajna fuq terminu qasir u twil u biex iżżomm lir-Russja responsabbli għar-reati tagħha. L-azzjonijiet tagħna għall-Ukrajna jinkludu:

  • l-għoti ta’ appoġġ b’valur ta’ aktar minn €88 biljun. Dan jinkludi madwar €28 biljun biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet militari u ta’ difiża fuq il-post
  • it-tnedija ta’ mekkaniżmu ġdid ta’ appoġġ li se jipprovdi sa €50 biljun f’self u għotjiet. Dan se jgħin lill-Ukrajna tibni mill-ġdid wara l-gwerra u tagħmel riformi fi triqitha lejn is-sħubija fl-UE
  • l-għoti tal-approvazzjoni għall-bidu tan-negozjati biex l-Ukrajna tissieħeb fl-UE
  • l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet b’firxa wiesgħa kontra r-Russja u min jappoġġjaha, inkluż it-tlettax-il pakkett li ġie adottat fit-23 ta’ Frar 2024.

Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen ivvjaġġat lejn Kiev fil-jum tal-anniversarju biex tagħti ġieħ lir-reżistenza tal-Ukrajna li hija sinjal ta’ tama għal persuni li jħobbu l-libertà kullimkien. Hija fakkret fl-impenn sod tal-Ewropa li tappoġġja lill-Ukrajna sakemm ikun hemm bżonn.

Hija tat ġieħ lill-Ukreni li jiġġieldu għas-sigurtà tal-kontinent kollu tagħna. “Huwa għalhekk li għandkom l-Unjoni Ewropea kollha warajkom. Aktar minn qatt qabel, aħna nibqgħu spalla ma’ spalla mal-Ukrajna, finanzjarjament, ekonomikament, militarment u fuq kollox moralment, sakemm pajjiżkom ikun finalment liberu,” qalet.

F’Kiev, il-President von der Leyen ħabbret li se jiftaħ Uffiċċju ġdid għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Difiża biex jintensifika u jtejjeb il-kooperazzjoni fis-sigurtà bejn l-UE u l-Ukrajna. Hija għaddiet ukoll aktar minn 50 karozza pprovduti mill-UE lill-awtoritajiet nazzjonali Ukreni. Il-karozzi se jappoġġjaw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tad-delitti tal-gwerra f’territorji diżokkupati u żoni kontigwi.

Għal iktar informazzjoni

Spalla ma’ spalla mal-Ukrajna, f’kull stadju

Storja ta’ sentejn ta’ appoġġ mill-UE għall-Ukrajna

Assistenza tal-UE lill-Ukrajna

Appoġġ militari tal-UE lill-Ukrajna

Il-Faċilità għall-Ukrajna

Dikjarazzjoni mill-President von der Leyen fil-konferenza stampa mal-President Ukren Zelensky

Stqarrija għall-istampa: Il-President von der Leyen tgħaddi l-karozzi lill-forzi tas-sigurtà tal-Ukrajna

Stqarrija għall-istampa: L-UE tadotta t-13-il pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
23 Frar 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni