Illum jidħlu fis-seħħ regoli ġodda tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà li se jagħmlu kollox, mill-baby monitors sal-ismart watches, aktar sikur. Bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika, issa se japplikaw rekwiżiti obbligatorji speċifiċi taċ-ċibersigurtà għall-prodotti kollha li jitqabbdu direttament jew indirettament ma’ tagħmir jew network ieħor (ħlief għal esklużjonijiet speċifikati). Dawn ir-rekwiżiti se jiġu imposti fuq il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut.L-Att se jiggarantixxiregoli armonizzati meta jitqiegħdu fis-suq prodotti jew software b’komponent diġitaliqafas ta’ rekwiżiti taċ-ċibersigurtà li jirregola l-ippjanar, id-disinn, l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ tali prodotti, b’obbligi li jridu jiġu ssodisfati f’kull stadju tal-katina tal-valurobbligu li jiġi pprovdut dmir ta’ diliġenza għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ tali prodottiFil-prattika dan ifisser li sal-2027 il-manifatturi se jkollhom iqiegħdu fis-suq tal-UE prodotti konformi. Dawn il-prodotti se jkollhom il-markatura CE biex jindikaw li jikkonformaw mal-istandards il-ġodda. Issa li l-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut iridu jagħtu prijorità liċ-ċibersigurtà, il-klijenti u n-negozji se jkunu f’pożizzjoni li tippermettilhom jagħmlu għażliet infurmati aħjar.L-UE taħdem fuq diversi fronti biex tippromwovi r-reżiljenza ċibernetika. Din il-ħidma hija bbażata fuq l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà, li ġiet ippreżentata fi tmiem l-2020. Din l-istrateġija tkopri s-sigurtà ta’ servizzi essenzjali bħall-isptarijiet, il-grilji tal-enerġija u l-linji tal-ferrovija, kif ukoll l-għadd dejjem jikber ta’ oġġetti konnessi fid-djar, l-uffiċċji u l-fabbriki tagħna. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) hija l-aġenzija tal-UE li xogħolha hu li tara li naslu biex ikollna livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Ewropa kollha.Iċ-ċibersigurtà u l-infurzar tal-liġijiet diġitali tal-UE se jkomplu jingħataw importanza matul il-mandat tal-Kummissjoni għall-perjodu 2024-2029. Il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi pjan ta’ azzjoni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà tal-isptarijiet u tal-fornituri tas-servizzi tas-saħħa sabiex jitħarsu s-sistemi tas-servizzi tas-saħħa tagħna. Għal iktar informazzjoniL-Att tal-UE dwar ir-Reżiljenza ĊibernetikaIl-politiki dwar iċ-ċibersigurtàIl-markatura CEPjan ġdid għall-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-EwropaL-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) Dettalji Data tal-pubblikazzjoni10 Diċembru 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni