
Spiss, il-persuni li jgħixu bi sfidi tas-saħħa mentali ma jsibux min jifhimhom, u jħossuhom mhux aċċettati u iżolati. Huwa kruċjali li dan jiġi indirizzat sabiex nibnu soċjetajiet aktar b’saħħithom u aktar inklużivi. Għal din ir-raġuni, fl-10 ta’ Ottubru ta’ kull sena niċċelebraw il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali. It-tema ta’ din is-sena tipprijoritizza s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol.
Biex timmarka din l-okkażjoni importanti, il-Kummissjoni ppreżentat Pakkett ta’ Appoġġ tal-UE dwar l-istigma. Il-Kummissjoni se taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex timplimenta l-Pakkett, u se tlaqqa’ lill-awtoritajiet mal-gruppi li jippromwovu s-saħħa mentali, għat-tfassil ta’ politika inklużiva u infurmata.
Biex tindirizza l-istigma, il-Kummissjoni mhix se tfassal il-politika u tieqaf hemm. Għaldaqstant, il-Kummissjoni nediet ukoll il-kampanja l-ġdida “In this together”. Din il-kampanja se tipprova tilħaq lin-nies madwar l-UE, se tisfida l-ideat żbaljati u se tippromwovi għarfien u aċċettazzjoni akbar dwar is-saħħa mentali. Se tappoġġa wkoll l-azzjoni nazzjonali fl-edukazzjoni billi tqassam materjal ta’ tagħlim lill-iskejjel madwar l-Ewropa sabiex iżżid is-sensibilizzazzjoni u tinnormalizza s-saħħa mentali.
Barra minn hekk, illum ġie ppubblikat tracker aġġornat biex jimmonitorja l-progress fuq l-20 inizjattiva ewlenija li huma parti mill-approċċ komprensiv tal-UE lejn is-saħħa mentali. Dan l-approċċ, li ġie introdott fl-2023, għandu opportunitajiet ta’ finanzjament li jiswew mal-EUR 1,23 biljun li se jappoġġaw lill-Istati Membri direttament u indirettament. L-għan tiegħu huwa li jiżgura (i) prevenzjoni adegwata u effettiva, (ii) aċċess għal kura tas-saħħa u trattament mentali ta’ kwalità għolja u għall-but ta’ kulħadd u (iii) riintegrazzjoni fis-soċjetà wara l-kura.
Skont stħarriġ tal-UE tal-2023, kważi persuna minn kull 2 (46 % tal-popolazzjoni tal-UE) esperjenzaw problemi emozzjonali jew psikosoċjali, bħas-sensazzjoni ta’ dipressjoni jew ansjetà, fit-12-il xahar ta’ qabel. Ir-riskji huma għoljin u għal din ir-raġuni l-UE qed tintrabat li toħloq ġejjieni fejn titrawwem, tiġi apprezzata u mħarsa s-saħħa mentali ta’ kulħadd.
Għal aktar informazzjoni
Stqarrija mill-Kummissarju Kyriakides dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa
Approċċ komprensiv tal-UE għas-saħħa mentali
Filmat: Kampanja dwar l-Istigma u d-Diskriminazzjoni minħabba s-Saħħa Mentali — Film Ewlieni
- Data tal-pubblikazzjoni
- 10 Ottubru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
World Mental Health Day on October 10 serves as a reminder that good mental health is important and how we can prioritise it in our lives. This year’s theme ‘Lived experiences heard: real voices, real change’ stresses how conversations about mental health make a difference.
Din il-ġimgħa timmarka l-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali, opportunità għal kulħadd biex jaħdem għas-saħħa mentali aħjar għal kulħadd.
With this Technical Support Instrument (TSI) project, the Commission in collaboration with UNICEF will work with the authorities of Cyprus, Slovenia, Italy and Spain (specifically Andalusia), to strengthen Member States' administrative capacity.
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali fl-10 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni ppreżentat is-sejbiet ta’ stħarriġ ġdid dwar is-saħħa mentali.