Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 14 Lulju 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Innaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji li t-tfal u ż-żgħażagħ isibu ma’ wiċċhom online

A child with a smartphone in the woods

 

Id-dinja online toffri ħemel ta’ possibbiltajiet biex nitgħallmu aktar, insiru aktar kreattivi, u nikkomunikaw. Fiha wkoll ħafna riskji, b’mod partikulari għat-tfal u għaż-żgħażagħ. Biex kemm jista’ jkun tnaqqas dawn ir-riskji, il-Kummissjoni ppreżentat linji gwida dwar il-protezzjoni tal-minorenni, kif ukoll prototip ta’ applikazzjoni għall-verifika tal-età. 

Il-linji gwida l-ġodda, li se jiżguraw li t-tfal ikollhom livelli għoljin ta’ privatezza, ta’ sikurezza, u ta’ sigurtà fuq il-pjattaformi online, jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati: 

  • it-tnaqqis kemm jista’ jkun tal-esponiment għal prattiki li jistimulaw imġiba ta’ dipendenza
  • il-bullying ċibernetiku
  • il-kontenut li jagħmel il-ħsara
  • il-kuntatt mhux mixtieq min-naħa ta’ nies li wieħed ma jkunx jafhom 

Barra minn hekk, il-pjattaformi se jkollhom jiżguraw li l-miżuri li jieħdu, minbarra li jkunu xierqa, ma jkunux jirrestrinġu d-drittijiet tat-tfal b’mod sproporzjonat jew bla bżonn. 

Il-prototip tal-app tal-verifika tal-età, min-naħa l-oħra, mhijiex biss faċli biex wieħed jużaha iżda għandha l-għan li tistabbilixxi standard ta’ eċċellenza għall-protezzjoni tal-privatezza waqt il-verifika tal-età tiegħek online. Se jippermetti li dak li jkun juri faċilment li jkollu ’l fuq minn 18-il sena filwaqt li jibqagħlu l-kontroll sħiħ fuq kwalunkwe informazzjoni personali oħra, bħall-età eżatta jew l-identità tiegħu. Ħadd mhu se jkun jista’ jintraċċa, jara, jew jirrikostitwixxi l-kontenut li jkun qed jara l-utent. Din l-app se tkompli tiġi ttestjata u ppersonalizzata f’kollaborazzjoni mal-pajjiżi tal-UE, mal-pjattaformi online, u mal-utenti finali.  

Il-pjan ta’ azzjoni għall-verifika tal-età jistabbilixxi l-bażi għal użu usa’, fil-futur, ta’ servizzi adattati għall-età tal-utent u huwa bbażat fuq l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi bħall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali (eID) li għandhom jiġu introdotti qabel tmiem l-2026. 

Għal aktar informazzjoni 

Stqarrija għall-istampa — Il-Kummissjoni tippreżenta linji gwida u prototip tal-app għall-verifika tal-età għal spazju online aktar sikur għat-tfal 

Skopri aktar dwar il-Linji Gwida dwar il-Protezzjoni tal-Minorenni  

Skopri aktar dwar il-pjan ta’ azzjoni għall-verifika tal-età

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
14 Lulju 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni