
Bħala parti mill-impenn li jitnaqqas it-tniġġis tal-mikroplastiċi bi 30% sal-2030 biex jitħares l-ambjent, il-Kummissjoni adottat miżuri li jirrestrinġu l-mikroplastiċi miżjuda intenzjonalment mal-prodotti. Ir-regoli l-ġodda se jipprevjenu r-rilaxx ta’ madwar nofs miljun tunnellata ta’ mikroplastiċi fl-ambjent u jipprojbixxu l-bejgħ tagħhom.
Il-mikroplastiċi ma jiddegradawx u ma jistgħux jitneħħew ladarba jkunu fl-ambjent. Instabu fl-ekosistemi tal-baħar, tal-ilma ħelu u tal-art, kif ukoll fl-ikel u fl-ilma tax-xorb. Studji fil-laboratorju sabu li l-esponiment għall-mikroplastiċi għandu effetti negattivi fuq l-organiżmi ħajjin.
Ir-restrizzjonijiet il-ġodda jkopru prodotti komuni tal-mikroplastik bħall-materjal granulari ta’ mili użat fuq superfiċji artifiċjali tal-isport – l-akbar sors ta’ mikroplastiċi intenzjonati fl-ambjent, kif ukoll kożmetiċi, deterġenti, glitter, fertilizzanti, ġugarelli, mediċini, u apparati mediċi.
Għal aktar informazzjoni
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar ir-restrizzjonijiet
Aktar dwar il-mikroplastiċi mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 Settembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni