Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tagħlaq 10 snin

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 23 Settembru 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
A group of young people running down a street

 

L-isport huwa parti integrali minn ħajjitna, joħloq sens ta’ appartenenza fil-komunitajiet, jgħinna nkunu aktar f’saħħitna, u jiġġenera l-biljuni fl-ekonomija. Din is-sena qed niċċelebraw l-10 anniversarju tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport, inizjattiva tal-UE li għenet lil miljuni ta’ Ewropej jiskopru l-benefiċċji fiżiċi, mentali. u soċjali tal-isport u tal-attività fiżika.

Il-Ġimgħa tkun mit-23 sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena u din is-sena ċ-ċerimonja tal-ftuħ se tospitaha l-belt dinamika u sostenibbli ta’ Copenhagen. Fl-2025, il-kampanja se tiffoka fuq li

  • niċċelebraw għaxar snin li ħallew impatt
  • ninkoraġġixxu drawwiet diġitali aktar sani billi nikkonvinċu lin-nies biex ftit mill-ħin li jgħaddu quddiem l-iskrins jibdew jiddedikawh għall-isport
  • nispiraw lil kulħadd biex ikun attiv #BeActive

L-involviment tal-UE fl-isport imur ferm lil hinn mill-Ġimgħa Ewropea tal-Isport. Pereżempju, permezz tal-programm Erasmus+, l-UE qed tagħti spinta lill-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet sportivi, l-awtoritajiet pubbliċi, u oħrajn. Sadanittant, mill-2025, il-Premjijiet tal-UE għall-Isport #BeActive qed jirrikonoxxu lil individwi jew organizzazzjonijiet fl-Ewropa li qed jgħinu fil-promozzjoni tal-isport u tal-attivitajiet fiżiċi. Dawn il-premjijiet huma bbażati fuq il-Premjijiet #BeActive u l-Premjijiet tal-UE għall-Isport #BeInclusive li kien hemm qabel, jew jissostitwixxuhom.

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa u tikkondividi ideat innovattivi madwar l-UE kollha, u dan jgħin biex jiġu stabbiliti programmi fil-livell reġjonali u f’dak lokali. Tippromwovi wkoll l-eżerċizzju billi taqsam u tippromwovi prattiki tajbin.

Għal aktar informazzjoni

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2025

L-UE u l-Isport

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
23 Settembru 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni