
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2024, inizjattiva tal-UE biex tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji li wieħed jibqa’ attiv, tibda din il-ġimgħa. Kull sena, mit-23 sat-30 ta’ Settembru, il-Kummissjoni Ewropea tistieden liċ-ċittadini ta’ kull età u sfond biex jipparteċipaw f’avvenimenti u attivitajiet li jiċċelebraw stil ta’ ħajja attiv.
L-inizjattiva tnediet għall-ewwel darba fl-2015 biex tindirizza l-livelli dejjem jonqsu ta’ attività fiżika fl-Ewropa kollha. Hija tħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa fl-isport u fl-attività fiżika billi jenfasizza l-benefiċċji kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll għas-saħħa mentali tagħna.
Peress li l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku sar fl-Ewropa dan is-sajf, din is-sena l-enfasi hija fuq il-valuri komuni tal-UE u dawk Olimpiċi. Dawn huma:
- L-inklużjoni – L-isport huwa għal kulħadd, mhux biss għall-atleti
- Il-benesseri – L-isport jagħti spinta lill-awtostima u jippromwovi saħħa aħjar
- L-appartenenza – L-isport joffri opportunitajiet biex tiltaqa’ ma’ ħaddieħor u tlaqqa’ l-ġenerazzjonijiet flimkien
Fl-Ewropa, se jseħħu varjetà ta’ avvenimenti biex jiġi żgurat li jkun hemm xi ħaġa għal kulħadd, irrispettivament mil-livell ta’ fitness jew l-isfond tiegħek. Matul il-ġimgħa, se jkollok l-opportunità li tattendi attivitajiet bħal workshops, tournaments, logħob, mixi u ġiti, jiem għall-pubbliku fi klabbs sportivi, u ħafna aktar.
Din hija l-opportunità tiegħek biex tiskopri sport ġdid, tikkollega ma’ oħrajn, u tagħti bidu għal vjaġġ lejn stil ta’ ħajja aktar tajjeb għas-saħħa. Ejjew ningħaqdu ma’ #BeActive!
Għal aktar informazzjoni
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2024
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2024 – Sib avveniment qrib tiegħek
- Data tal-pubblikazzjoni
- 23 Settembru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni