Booking.com u Expedia Group
Wara djalogu mal-awtoritajiet tas-CPC, Booking.com u Expedia Group impenjaw ruħhom għal bidliet fil-mod kif jippreżentaw offerti, skontijiet u prezzijiet lill-konsumaturi. Bil-bidliet, il-konsumaturi għandhom ikunu f’pożizzjoni aħjar li jagħmlu paraguni infurmati f’konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-konsumatur tal-UE. Il-bidliet huma applikabbli fuq Booking.com u fuq il-marki Expedia – Expedia, ebookers u hotels.com.
- 18 DIĊEMBRU 2020
- 18 DIĊEMBRU 2020
- 18 DIĊEMBRU 2019
- 18 DIĊEMBRU 2020
- 18 DIĊEMBRU 2019
Airbnb
Wara l-azzjoni konġunta tal-awtoritajiet tas-CPC, Airbnb tejbet il-preżentazzjoni tagħha tal-prezzijiet sabiex tiżgura li, kull meta jiġu offruti proprjetajiet, il-konsumatur jingħata l-prezz totali li jinkludi l-imposti u t-tariffi obbligatorji applikabbli kollha. Barra minn hekk, il-kumpanija qablet li ttejjeb in-natura ġusta tal-termini tas-servizzi tagħha u li tiddistingwi n-negozjanti professjonali minn ospitanti ta’ pari privati.
- 11 LULJU 2019
- 5 LULJU 2018